Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-finanzi pubbliċi - aġenda ta’ riforma mhux lesta - 25/06/2008

Portmoni b’euro waħda biss

Il-baġits fil-pajjiżi ta’ l-UE huma aħjar milli kienu imma jonqos aktar azzjoni sabiex ikollna finanzi pubbliċi aktar f’saħħithom

M’hemmx lok għall-għażż fejn jidħlu l-finanzi pubbliċi ta’ l-UE.Minkejja titjib fil-bilanċi tal-baġit fl-2007, il-gvernijiet iridu jaġixxu issa biex jiżguraw finanzi sostenibbli, tkabbir ekonomiku fit-tul u l-funzjonament tajjeb ta’ l-euro.Dak hu l-messaġġ bażiku tad-dokument il-ġdid tal-Kummissjoni dwar il-finanzi pubbliċi.

Il-gvernijiet ta’ l-UE għandhom ħafna fejn jieħdu azzjoni.Ir- rapport tal-Kummissjoni dwar il-finanzi pubbliċi 2008 jitlob metodu komplet għall-politika fiskali - speċjalment taxxa u nfiq aktar effiċjenti - biex ikattar it-tkabbir u l-kompetittività.

Punti ewlenin

  • Il-finanzi pubbliċi sodi huma essenzjali.Il-pajjiżi li għandhom dejn nazzjonali kbir għandhom tkabbir ferm aktar baxx minħabba li s-self tal-gvern jgħolli r-rati ta’ l-imgħax u jiskoraġixxi l-investiment privat.
  • Amministrazzjonijiet pubbliċi kbar jistgħu jtellfu mit-tkabbir b'taxxi għoljin u użu ineffiċjenti ta' riżorsi pubbliċi.
  • Il-fondi pubbliċi l-aħjar li jkunu mmirati lejn oqsma fejn is-suq ma jaħdimx b'mod effettiv u biex jipprovdu s-servizzi pubbliċi (kura tas-saħħa, edukazzjoni, eċċ.)
  • Huwa aktar possibbli li jkun hemm tkabbir aktar meta l-gvernijiet ifasslu taxxi b’mod li jevita li jaqta’ qalb l-investituri u li jħeġġeġ l-impjieg.


Ir-rapport, li huwa msejjes fuq il- Patt ta' Stabbilità u Tkabbir Ekonomiku u l-analiżi riċenti dwar għaxar snin ta’ l-euro, ressaq xi ideat li jiffukaw fuq il-finanzi pubbliċi f’sikithom fil-politiki tal-baġit nazzjonali:

  • rappurtar aktar sistematiku u komprensiv
  • użu ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-baġit
  • sistemi tat-taxxa aktar effiċjenti
  • evalwazzjoni regolari tal-finanzi pubbliċi

 

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli