Mogħdija tan-navigazzjoni

L-ewro għandha għaxar snin - 07/05/2008

Karattru komiku jpinġi l-istilel fuq munita ta’ l-ewro

Filwaqt li l-UE tiċċelebra għaxar snin mit-twaqqif tal-munita unika, is-Slovakkja tingħata l-"iva" biex tissieħeb fiż-żona ewro fl-2009.

Bħal dan ix-xahar għaxar snin ilu, il-mexxejja ta’ l-UE ħadu d-deċiżjoni storika li jniedu l-ewro. Il-munita bdiet tintuża f’Jannar 1999 u b’hekk twieldet l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU).

Issa, madwar 320m Ewropej fi 15-il pajjiż (aktar mill-popolazzjoni ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika) jużaw l-istess munita u jibbenefikaw minn suq integrat ta’ l-UE.

L-ewro għenet ukoll biex ikollna finanzi pubbliċi u politiki makroekonomiċi sodi. Dan kollu żied aktar impjiegi.

Id-defiċit medju tal-baġit tal-gvern fl-UE niżel għall-ammont baxx rekord ta’ 0.6% tal-PGD fl-2007 (meta imqabbel mal- 4% fit-Tmenijiet u d-Disgħinijiet). Il-Kummissjoni, b'riflessjoni ta’ din it-tendenza, illum setgħet tirrekkomanda lill-Kunsill biex jagħlaq il-proċeduri ta’ sorveljanza fuq ir-Repubblika Ċeka, l-Italja, il-Portugall u s-Slovakkja minħabba defiċit eċċessiv.

Biex jipprova jibni fuq dan is-suċċess, illum ħareġ dokument ta' politika ta' l-UE Englishli jħares lejn dak li nkiseb fl-għaxar snin minn meta bdiet l-ewro u jistaqsi lill-imsieħba kif tista’ l-munita unika twassal aktar benefiċċji fil-ġejjieni.  

Żvilupp importanti fil-proċess ta’ l-integrazzjoni Ewropea, fis-snin li ġejjin, l-EMU trid tkun adattata biex tilqa’ l-isfidi tal-globalizzazzjoni, ir-riżorsi naturali skarsi, it-tibdil klimatiku u l-popolazzjoni li qed tixjiħ.

Rapport English ieħorli joħroġ illum sab li s-Slovakkja laħqet ir-rekwiżiti biex tissieħeb fl-ewro - prezzijiet u rati tal-kambju stabbli, rati ta’ interessi, dejn u defiċit tal-gvern baxxi, u liġijiet nazzjonali kompatibbli. Il-Kummissjoni se tirrakkomanda li l-gvernijiet ta’ l-UE japprovaw is-sħubija tas-Slovakkja fiż-żona ewro mill-1 ta’ Jannar 2009.

Il-pajjiżi l-oħra ta’ l-UE li ġew valutati (l-aktar il-membri riċenti mil-Lvant imma wkoll l-Iżvezja) nstabu li għadhom ma' laħqux il-kondizzjonijiet għas-sħubija.

Aktar dwar kwistjonijiet ekonomiċi fl-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli