Mogħdija tan-navigazzjoni

Taxxi adegwati jaħdmu fl-interess tiegħek - 07/04/2008

Munzelli ta' muniti

Sistemi fiskali adatti jgħinu biex jistimulaw it-tkabbir ekonomiku, jinħolqu l-impjiegi u dawk li jaħdmu ma jitilfux xogħolhom.

The 2008 Il-Forum ta' Brussell dwar it-Taxxi DeutschEnglishfrançais – li huwa konferenza dwar kwistjonijiet fiskali ta' interess ġenerali u politiku (7-8 ta' April) – se jiffoka fuq kif il-politika fiskali tista' tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u għall-kompetittività fl-Ewropa, u fl-istess waqt għal servizzi soċjali Ewropej moderni, innovattivi u sostenibbli.

Il-politika fiskali ta' l-UE DeutschEnglishfrançais għandha l-għan li tilħaq miri importanti bħall-moviment liberu tal-kapital, il-kompetittività English, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi DeutschEnglishfrançais, bla ma tinħoloq kompetizzjoni fiskali perikoluża DeutschEnglishfrançais bejn il-pajjiżi ta' l-UE.

Fi kliem il-Kummissarju Kovács, li huwa inkarigat mit-tassazzjoni u d-dwana DeutschEnglishfrançais, "il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet fiskali, il-koordinazzjoni bejn il-politiki tat-taxxa bejn l-Istati Membri u l-armonizzazzjoni ta' ċerti elementi tas-sistemi tat-taxxa meta u fejn xieraq, jistgħu lkoll itejbu l-kompetittività tal-kumpaniji tagħna."

Il-parteċipanti fil-Forum se jisimgħu dwar l-esperjenzi tal-pajjiżi ta' l-UE li introduċew riformi fiskali importanti, filwaqt li jikkunsidraw il-mistoqsijiet li ġejjin:  

  • kif jistgħu s-sistemi fiskali jaħdmu iktar sabiex irawmu t-tkabbir ekonomiku?
  • kif jistgħu jittejbu s-sistemi fiskali preżenti?
  • il-mudell soċjali Ewropew, kif jista' jsir aktar sostenibbli?
  • x'kisbu s-sistemi fissi ta' taxxa unika?

Il-Kummissjoni hija dejjem għatxana għal ideat innovattivi – fil-qasam tal-politika fiskali, l-aqwa ideat jiġu rikonoxxuti permezz tal-premju Ewropew għat-teżijiet akkademiċi dwar il-qasam tat-taxxa DeutschEnglishfrançais li jingħata lil dawk lill-aħjar xogħolijiet dwar il-liġi fiskali komparattiva, Ewropea u/jew internazzjonali.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli