Mogħdija tan-navigazzjoni

Daħlu l-voti għall-kompetizzjoni tad-disinn ta' l-ewro - 25/02/2008

Disinni għall-munita ewro kommemorattiva

L-Ewropej għażlu d-disinn il-ġdid għal munita kommemorattiva taż-2 ewro bħala tifkira ta' l-għaxar anniversaju tal-munita unika.

Biex tara d-disinn rebbieħ, żur is-sit web għad-disinn tal-munita ewro

L-2009 se tkun l-għaxar sena minn meta nħarget l-ewro mill-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Biex titfakkar din l-okkażjoni, il-pajjiżi taż-żona ewro se joħorġu munita speċjali taż-2 ewro.

Matul stħarriġ onlajn biex jintagħżel id-disinn favorit għall-munita, il-pubbliku Ewropew ġie mistieden biex jagħżel minn 5 disinni magħżula mid-diretturi Ewropej taz-zekek.

Mill-31 ta' Jannar, meta nfetħet il-votazzjoni, ipparteċipaw 141 675 residenti ta' l-UE. Id-disinn rebbieħ, b'41.48% tal-voti, huwa xogħol George Stamatopoulos, skultur għall-Bank Ċentrali tal-Greċja.

F'Jannar 2009, il-15-pajjiż taż-żona ewro se joħorġu madwar 90 miljun kopja tal-munita – kollha jżanznu dan id-disinn il-ġdid.

Din se tkun it-tieni munita kommemorattiva li tiġi prodotta mill-pajjiżi kollha taż-żona ewro. L-ewwel munita kienet biex fl-2007 tiċċelebra l-50 anniversarju tat-trattat li waqqaf l-UE. Il-muniti regolari ta' l-ewro għandhom wiċċ minnhom standard – waħdieni għall-pajjiżi kollha – u l-wiċċ l-ieħor juri figuri, simboli nazzjonali jew monarka renjanti tal-pajjiż.

Il-muniti kommemorattivi dejjem għandhom il-valur ta' 2 ewro. Bħal kull ewro dawn jistgħu jintnefqu madwar iż-żona ewro kollha, iżda aktarx ħafna minnhom jittieħdu mill-kollezzjonisti.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli