Mogħdija tan-navigazzjoni

Is-suq waħdieni jżid il-pass - 15/02/2008

Mara qed tifli tikketta fuq landa ġo ħanut

Il-pajjiżi ta' l-UE qegħdin jadottaw ir-regoli tas-suq waħdieni ta' l-UE fi żmien rekord.

Is-suq waħdieni Ewropew DeutschEnglishfrançais raħħsilna l-prezzijiet, wessgħalna l-għażla u tejbilna l-kwalità ta' l-oġġetti u s-servizzi offruti madwar l-Ewropa. Dan ma kienx ikun possibbli li kieku l-UE m'għaddietx regoli komuni li mbagħad issawru f'liġijiet mill-pajjiżi msieħba fiha.

L-aktar rapport ta' kull sitt xhur reċenti DeutschEnglishfrançais (li jissejjaħ l-'internal market scoreboard') juri li, bħala medja, 1.2% biss tar-regoli tas-suq waħdieni għadhom ma ddaħlux fil-liġijiet nazzjonali fiż-żmien allokat għal dan. F'Ġunju 2007, dik il-medja kienet ta' 1.6%, u issa ninsabu ferm 'l isfel mill-mira interim ta' 1.5% li l-mexxejja ta' l-UE stabbilixxew fl-2001.

“Dan huwa riżultat eċċellenti” stqarr il-Kummissarju inkarigat mis-suq intern DeutschEnglishfrançais McCreevy. "Biex is-suq waħdieni jiffunzjona b'mod effettiv, ir-regoli tiegħu jeħtieġilhom jiġu applikati sew u f'waqthom. Li jmiss issa huwa li nkomplu naraw dan il-progress jitkompla sakemm nilħqu l-mira l-ġdida ta' 1%."

Din hija l-ewwel darba li s-27 pajjiż ta' l-UE lkoll jinsabu fuq l-iscoreboard: Il-Bulgarija u r-Rumanija kienu ferm ħfief fl-adozzjoni tar-regoli tas-suq waħdieni, bi żbilanċ medju ta' 0.8%; Is-Slovakkja tinsab fuq quddiem nett, b'9 regoli biss 'il hinn minn adozzjoni totali; Id-Danimarka, il-Latvja u l-Litwanja jinsabu viċin ukoll, b'10 direttivi biss jistennew fil-kju.

Jekk xi pajjiżi jonqsu milli jadottaw il-leġiżlazzjoni f'waqtha, ikollhom jiffaċċjaw proċeduri ta' infrazzjoni. L-Italja għadha l-aktar pajjiż li għandu każijiet kontrih, imma f'temp ta' dawn l-aħħar sitt xhur, irnexxielha tingassa 19-il biċċa leġiżlazzjoni mil-lista pendenti. Il-biċċa l-kbira tal-proċeduri kontra dawk li jaqgħu lura jikkonċernaw direttivi ambjentali li għadhom ma ġewx adottati, u warajhom direttivi mill-oqsma tat-tassazzjoni u d-dwana, l-enerġija u t-trasport, u s-settur ta' l-impjiegi.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli