Mogħdija tan-navigazzjoni

Id-disinn ta’ ewro ġdida - 08/02/2008

Id-disinn ta' munita ewro komemorattiva

L-Ewropej jivvutaw għad-disinn favorit tagħhom tal-munita kommemorattiva taż-2 ewro li tfakkar l-għaxar anniversarju tal-munita unika

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta' l-għaxar anniversarju ta' l-ewro u l-unjoni monetarja Ewropea, fl-2009 il-pajjiżi kollha taż-żona ewro (15 b’kollox) se joħorġu munita kommemorattiva taż-2 ewro b’disinn ġdid.

Wara konkors bejn zekek nazzjonali taż-żona ewro, kull waħda minn dawn ippreżentat għażla ta’ disinnji u d-disinn ir-rebbieħ għandu jintagħżel b’vot pubbliku fuq sit web speċjali dwar id-disinn tal-muniti ta' l-ewro .

Il-votazzjoni tispiċċa fit-22 ta' Frar 2008. Id-disinn ir-rebbieħ jitħabbar tliet ijiem wara. Jekk int tkun ivvutajt għal dak li jirbaħ, tista’ tirbaħ sett ta’ muniti ewro għall-kollezzjonisti ta’ valur għoli.

Fl-1 ta’ Jannar 1999, l-euro saret il-munita tal-ħdax-il pajjiż ta’ l-UE. Dawn qablu dwar politika monetarja taħt l-awtorità tal-Bank Ċentrali Ewropew English.  Għal tliet snin, il-karti tal-flus u l-muniti nazzjonali baqgħu jintużaw imma, peress li l-valur tagħhom ma’ l-ewro kien fiss, kienu fil-fatt ewro għalkemm mhux fid-dehra. Inbidlu fiżikament bil-karti tal-flus u l-muniti ta' l-euro fl-2002.

L-ewro u s-suq uniku ta’ l-UE huma msejsa fuq qafas politiku u ekonomiku magħruf bħala l-Unjoni Ekonomika u Monetarja DeutschελληνικάEnglishespañolfrançaisslovenčina. Din għenet biex iżżomm l-inflazzjoni u rati ta' l-imgħax baxxi. Dan huwa ta' benefiċċju għall-konsumaturi u għall-kumpaniji u ħeġġeġ finanzi pubbliċi sodi. Il-munita waħdanija neħħiet l-ispejjeż tal-kambju u ħaffet it-tqabbil tal-kummerċ u tal-prezzijiet fil-ħmistax-il pajjiż li bħalissa jiffurmaw iż-żona ta' l-ewro.

Għaxar snin wara li tnediet, l-ewro hija munita soda u stabbli li stabbiliet ruħa tajjeb bħala munita dinjija DeutschEnglishespañolfrançaisslovenčina.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli