Mogħdija tan-navigazzjoni

Is-suq tal-kreditu jinfetaħ għall-kompetizzjoni - 16/01/2008

Karti ta’ l-euro u kalkolatriċi

Mistennija jkun hemm għażla akbar u prezzijiet aħjar hekk kif jiġi unifikat is-suq tal-kreditu għall-konsumatur fl-UE.

Jekk int qatt xtrajt magna tal-ħasil jew TV waqt is-sales jew użajt il-faċilità tal-kreditu offruta minn xi ħanut, għandu mnejn jinteressak tiskopri li l-ispejjez tal-kreditu jvarjaw skond fejn tinsab fl-Ewropa. Ir-rati tal-kreditu għall-konsumatur ivarjaw skond il-pajjiż. Xi kultant id-differenza tista' tkun ta' xejn inqas minn 6%. Filwaqt li l-konsumaturi fil-Finlandja jħallsu biss 6.3% fuq is-self tagħhom, fil-Portugall ikollhom iħallsu 12.2%. L-UE issa qed taġixxi biex tillivella dawn id-diskrepanzi.

Il-liġi dwar il-kreditu tal-konsumatur, approvata mill-Parlament Ewropew fis-16 ta’ Jannar, twassal il-benefiċċji tas-suq waħdieni Ewropew fis-servizzi finanzjarji English tal-konsumatur. Fil-fatt, il-konsumatur se jkun jista' jqabbel fejn jaqbillu għall-banek u l-kumpaniji tal-kreditu fil-pajjiżi kollha ta’ l-UE.

It-trasparenza u d-drittijiet tal-konsumatur għandhom isiru ħaġa ta’ kuljum minħabba li r-reklamar fuq il-kreditu se jkun meħtieġ sabiex jipprovdi l-istess tagħrif essenzjali madwar l-Ewropa kollha. B’hekk se jkun aktar faċli biex wieħed iqabbel ċertu dettalji bħal, ngħidu aħna, ir-rata ta’ l-interessi u l-ispejjeż għal dawk li jonqsu mill-obbligi tagħhom. Għandha tibda’ tintuża formola standard madwar l-UE biex turi b’mod ċar l-ispiża tas-self.

Ġaladarba tiffirma kuntratt, ikun għad fadallek 14-il jum biex tikkanċella jekk tibdel il-fehma. Dan għandu jwassal drittijiet ġodda lil kważi nofs l-UE. Il-konsumatur m’għandux jibqa’ jiġi ppenalizzat talli jieħu deċiżjoni mgħaġġla meta jkun taħt pressjoni. U dawk li jisilfu l-flus isiru aktar kompetittivi biex jippruvaw iżommu l-konsumatur milli jmur jissellef il-flus minn x'imkien ieħor.

Il-leġiżlazzjoni l-ġdida tkopri s-self minn €200 sa €75,000. Ma tkoprix self fuq xiri ta' proprjetà u l-karti ta' kreditu. Il-limitu l-baxx ġie applikat biex ikopri self ta’ malajr magħmul bil-messaġġi taċ-ċellulari. Din il-prattika, li tippermetti li wieħed jaslulu l-flus li jissellef f’temp ta’ 15-il minuta, qed tiżdied u hija popolari l-aktar fl-Iżvezja u l-Estonja.

Il-kreditu tal-konsumatur English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli