Mogħdija tan-navigazzjoni

Lowgo uffiċjali ta’ Juvenes Translatores © EU

It-28 rebbieħ tal-kompetizzjoni tat-traduzzjoni li ssir kull sena fl-UE rċevew il-premjijiet tagħhom illum.

L-ismijiet tar-rebbieħa tal-kompetizzjoni annwali tal-Kummissjoni Juvenes Translatores għat-tradutturi żgħażagħ tħabbru fi Frar. Illum dawk it-28 persuna kienu fi Brussell għal ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet, u stajna naraw l-uċuħ wara l-ismijiet. 

Kull wieħed minnhom irċieva trofew u ċertifikat mill-Kummissarju għall-multilingwiżmu Androulla Vassiliou għall-produzzjoni tal-aħjar traduzzjoni f’pajjiżhom. Għada, se jiltaqgħu mat-tradutturi tal-Kummissjoni li kitbu t-testi oriġinali tal-kompetizzjoni u li kkoreġew it-traduzzjonijiet tagħhom. 

Aktar minn 3,000 student minn skejjel f’kull pajjiż tal-UE ħadu sehem fil-kompetizzjoni f’Novembru 2013. Huma kellhom sagħtejn biex jittraduċu test ta’ paġna dwar iċ-ċittadinanza Ewropea - l-2013 kienet is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini - fi kwalunkwe waħda mill-552 kombinazzjoni possibbli ta' lingwa minn fost 24 lingwa uffiċjali tal-UE. B’kollox, intużaw 157 kombinazzjoni, l-ogħla sal-lum. Ġie magħżul rebbieħ wieħed għal kull pajjiż tal-UE, li jinkludu, għall-ewwel darba, il-Kroazja.

Juvenes Translatores hu kompetizzjoni tat-traduzzjoni għal studenti ta' 17-il sena minn skejjel sekondarji fil-pajjiżi kollha tal-UE. Ilha ssir mill-2007 biex tippromwovi t-tagħlim tal-lingwi fl-Ewropa, u t-traduzzjoni bħala għażla ta’ karriera. Jidher li l-messaġġ qed jasal, peress li xi rebbieħa preċedenti ddeċidew li jistudjaw it-traduzzjoni jew il-lingwi. Reċentement, ir-rebbieħa Maltija tal-2008 qattgħet 5 xhur bħala trainee fid-department tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni. 

Il-kompetizzjoni qed tkompli tikber fil-popolarità, u dan jixhdu l-għadd dejjem jikber ta’ skejjel li japplikaw biex jieħdu sehem kull sena. Inħoloq ukoll netwerk għaliha, li jippermetti lill-istudenti, lill-għalliema u lill-professjonisti jikkomunikaw permezz ta' Facebook u Twitter.

Juvenes Translatores 2013

It-traduzzjoni fil-Kummissjoni Ewropea DeutschEnglishfrançais 

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli