Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tippreżenta l-premjijiet għal kontenut onlajn dwar Jum għal Internet Aktar Sikur - 11/02/2014

Omm u bintha jużaw il-kompjuter © Shutterstock

Fil-11 ta' Frar, l-UE qed tipparteċipa fiċ-ċelebrazzjonijiet mad-dinja kollha ta' Jum għal Internet Aktar Sikur 2014 billi tippreżenta premjijiet onlajn u bit-tnedija ta' manifest għaż-żgħażagħ u ta' websajt ta' sikurezza.

Attwalment fil-11-il sena tiegħu, Jum għal Internet Aktar Sikur jippromwovi użu aħjar tal-internet u tat-teknoloġiji diġitali fost it-tfal, billi jgħinhom jitgħallmu u jilagħbu onlajn hu u jipproteġihom minn kontenut ta' ħsara - kollox minn cyberbullying sa websajts tal-logħob tal-flus u l-iskams onlajn. Is-slowgan ta' din is-sena hu "Ejjew noħolqu internet aħjar flimkien".

Biex tingħata importanza lill-jum, il-Viċi President tal-UE Neelie Kroes se tkun qed tippreżenta l-Premjijiet Ewropej għall-Aħjar Kontenut Onlajn għat-Tfal. Il-kompetizzjoni tħeġġeġ il-ħolqien ta' kontenut ġdid - minn websajts u blogs sa vidjows u logħob - li jgħin iż-żgħażagħ jitgħallmu u jilagħbu onlajn b'mod sikur. Tnax-il rebbieħ - adulti u tfal minn pajjiżi fosthom il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju Unit u l-Islanda - intgħażlu minn aktar minn 1,100 parteċipant mill-Ewropa kollha u lil hinn minnha. 

Ngħinu l-iskejjel

Il-Jum għal Internet Aktar Sikur se jara wkoll it-tnedija ta'

  • konsultazzjoni maż-żgħażagħ mal-Ewropa kollha dwar kif l-internet jista' jsir post aħjar għaż-żgħażagħ
  • il-websajt "eSafety Label".

Il-websajt se jgħin l-iskejjel joħolqu ambjent onlajn aktar sikur billi

  • jipprovdi parir dwar kwistjonijiet bħas-cyberbullying u l-attakki tal-vajrusijiet
  • jagħmilha possibbli għall-iskejjel li joħolqu l-pjanijiet ta' azzjoni tagħhom
  • jistabbilixxi forum għall-għalliema biex jixxerjaw l-esperjenzi u għall-esperti biex iwieġbu l-mistoqsijiet.

Permezz tal-programm, l-iskejjel jistgħu jakkwistaw eSafety Label biex juruha fil-websajt tagħhom.

Parteċipazzjoni mad-dinja kollha

Il-Jum għal Internet Aktar Sikur beda bħala inizjattiva tal-UE fl-2004 iżda attwalment jiġi ċċelebrat f'aktar minn 100 pajjiż, b'aktar minn 10 miljun parteċipant fl-avvenimenti tas-sena li għaddiet.

Din is-sena, pajjiżi mill-Albanija sal-Veneżwela organizzaw ċelebrazzjonijiet bħal avvenimenti fl-iskejjel, xows tar-radju, konferenzi, logħob u kompetizzjonijiet.

Tista' ssib avvenimenti viċin tiegħek fil-websajt ta' Jum għal Internet Aktar SikurEnglish, jew segwi ċ-ċelebrazzjonijiet fuq Twitter billi tuża l-hashtags #betterinternet u #SID2014.

Il-Jum għal Internet Aktar SikurEnglish

Il-Premjijiet għall-Aħjar Kontenut Onlajn għat-Tfal

Il-websajt eSafety LabelčeštinaDeutscheesti keelελληνικάEnglishespañolhrvatskiNederlandsportuguêsmagyarromânăsuomi

L-Aġenda Diġitali għall-EwropaEnglish

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli