Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-linji gwida tal-UE għandhom l-għan li jtejbu t-taħriġ għaż-żgħażagħ - 09/12/2013

Żagħżugħ qed jaħdem fuq kompjuter parzjalment żarmat, b'kitt tal-għodda quddiemu fuq id-desk.

L-UE qed tipproponi linji gwida biex tiżgura li min iħaddem jiċċara minn qabel id-dettalji tal-apprendistati, u li l-apprendistati jħejju liż-żgħażagħ għal impjieg permanenti.

Iż-żgħażagħ li jingħataw taħriġ biex isaħħaħilhom il-prospetti tal-karrieri tagħhom jistgħu jibbenefikaw minn taħriġ aħjar permezz tal-linji gwida mressqin mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-qafas għandu l-għan li jiżgura li t-taħriġ – li jgħin liż-żgħażagħ jakkwistaw il-kapaċitajiet u l-esperjenza meħtieġa fis-suq tax-xogħol – jipprovdi taħriġ ta' kwalità għolja u kundizzjonijiet tax-xogħol adattati.

Is-soluzzjoni għall-qgħad fl-UE

Mal-Ewropa kollha, 5.7 miljun persuna taħt il-25 sena jinsabu bla xogħol. Stħarriġ reċenti wera li għalkemm kważi nofs iż-żgħażagħ li ħadu sehem fih ingħatalhom taħriġ, terz tal-programmi ma kinux jissodisfaw l-għanijiet meħtieġa. Uħud mill-impjegati, pereżempju, naqsu milli joffru paga jew li joffru l-opportunità biex jiġu akkwistati kapaċitajiet rilevanti.

Il-ħsieb wara l-qafas hu li jiġi żgurat li dawk li jħaddmu jiċċaraw minn qabel id-dettalji dwar l-apprendistati – inklużi l-paga, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-superviżjoni – u li huma jikkonformaw mar-regoli tal-UE dwar il-ħin tax-xogħol u d-dritt tal-vaganzi. Dan jillimita wkoll l-apprendistati għal massimu ta' 6 xhur.

Ittamat li dawn il-linji gwida jinkuraġġixxu aktar żgħażagħ biex jaħdmu barra pajjiżhom, ħalli jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess standards fl-UE kollha.

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE

L-apprendistati huma parti mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ li tipprova tiżgura li ż-żgħażagħ kollha sal-età ta' 25 sena jiġu offruti impjieg ta' kwalità tajba, taħriġ jew apprendistat, jew l-opportunità li jkomplu l-edukazzjoni tagħhom, fi żmien 4 xhur mit-tluq tagħhom ta' edukazzjoni formali jew kif isibu ruħhom bla xogħol.

Il-pajjiżi tal-UE qed jitħeġġu li jadottaw il-qafas kemm jista' jkun malajr biex jgħinu jipproteġu liż-żgħażagħ u jtejbu l-opportunitajiet tagħhom li jakkwistaw impjieg permanenti.

Stqarrija għall-istampa – Niżguraw taħriġ ta' kwalità għolja għaż-żgħażagħ tal-UE: il-Kummissjoni Ewropea tipproponi linji gwida English

Garanzija għaż-Żgħażagħ

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli