Mogħdija tan-navigazzjoni

L-UE tgħin lill-artisti Ewropej jilħqu udjenzi ġodda - 22/11/2013

Artist li qed iżomm tavlozza tal-kuluri jagħti daqqa ta' pinzell lil pittura biż-żejt

Eluf ta' artisti u professjonisti tal-arti fiċ-ċinema, televiżjoni, mużika, letteratura, arti tal-ispettaklu u wirt Ewropej se jibbenefikaw minn żieda fil-finanzjament tal-UE.

Ewropa Kreattiva se ddum 7 snin minn Jannar 2014. Il-baġit tagħha ta' EUR 1.46 biljun se jintuża għall-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika tal-Ewropa, biex tingħata għajnuna lis-setturi tal-arti u dawk kreattivi sabiex jadattaw għall-era diġitali u l-globalizzazzjoni u għall-ftuħ ta' opportunitajiet, swieq u udjenzi ġodda internazzjonali.

Min se jibbenefika?

Il-programm "Ewropa Kreattiva" se jgħin lill-artisti u lill-professjonisti tal-arti jaqsmu xogħolhom lil hinn mill-fruntiera billi jiffinanzja l-inizjattivi li ġejjin:

  • Għajnuna lil 250,000 artist biex jaqsmu xogħolhom lil hinn mill-fruntiera
  • Il-films Ewropej se jintwerew f'mijiet ta' ċinemas u festivals mal-Ewropa kollha, permezz tal-finanzjament għall-iżvilupp, il-promozzjoni u d-distribuzzjoni tagħhom
  • 4,500 ktieb u xogħlijiet letterarji oħrajn se jiġu tradotti biex b'hekk l-awturi jidħlu fi swieq ġodda u jkun hemm firxa aktar wiesa' għall-qari tagħhom
  • Eluf ta' organizzazzjonijiet u professjonisti tal-arti se jiksbu ħiliet ġodda biex jgħinuhom joperaw fi sfera internazzjonali
  • In-negozji ż-żgħar li qed jaħdmu fis-setturi tal-arti u fl-industriji kreattivi se jiksbu l-aċċess għal sa EUR 750 miljun f'self mill-banek.

Il-proġetti ta' suċċess tal-UE se jkomplu

Il-proġetti Kapitali Ewropej tal-Kultura, Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew u l-Jiem tal-Patrimonju Ewropew, li ilhom għaddejjin għal żmien twil, se jkomplu hekk kif se jkomplu l-5 premijiet tal-UE għall-patrimonju kulturali, l-arkitettura komtemporanja, il-letteratura, il-mużika u l-film.

Spinta lill-impjiegi u t-tkabbir fl-UE

L-industriji tal-arti u dawk kreattivi għandhom rwol kbir ħafna fl-ekonomija Ewropea u jagħmlu madwar 4.5 % tal-PDG tal-Ewropa filwaqt li jimpjegaw aktar minn 8 miljun persuna. L-investiment f'dawn is-setturi se jgħin sabiex jinħolqu aktar impjiegi u tingħata spinta lit-tkabbir. Ħafna negozji żgħar fis-setturi tal-arti u dawk kreattivi se jingħataw l-għajnuna biex ikollhom aċċess aktar faċli għall-finanzjament, biex jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa fl-era diġitali u tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom biex jaħdmu mal-Ewropa kollha.

Stqarrija għall-istampa - Il-Kummissjoni tilqa' l-approvazzjoni tal-programm Ewropa Kreattiva

Ewropa Kreattiva Deutsch (de) English (en) français (fr)

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli