Mogħdija tan-navigazzjoni

Stħarriġ ġdid jisħaq fuq il-bżonn tal-ħiliet fl-Ewropa - 10/10/2013

Il-Kummissarju Androulla Vassiliou fuq il-leġiju ħdejn Ángel Gurría tal-OECD

Kwart tal-adulti fl-UE m'għandhomx il-ħiliet bażiċi meħtieġa biex jirnexxu f'ekonomija tal-għarfien moderna, skont stħarriġ ġdid.

L-Istħarriġ tal-Ħiliet tal-Adulti mill-UE u l-OECD, li sar fi 23 pajjiż, sab li wieħed minn erba' adulti Ewropej ma għandux il-ħiliet bażiċi biex juża tajjeb il-kompjuters, filwaqt li wieħed minn ħamsa għandu livell baxx fil-ħiliet fil-qari u tal-matematika.

L-istħarriġ wera wkoll differenzi kbar fl-UE. Studenti li spiċċaw l-iskola reċentement fil-Finlandja u l-Olanda għaddew lil gradwati mill-università minn pajjiżi Ewropej oħra.

Is-sejbiet saħqu fuq il-bżonn li jittejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE kollha, biex jiġi żgurat li l-Ewropej kollha jkollhom il-ħiliet meħtieġa fid-dinja moderna.

Prospetti tal-ħajja

Il-ħiliet għandhom impatt ewlieni fuq il-prospetti tal-ħajja. Dawk b'livell għoli ta' ħiliet mhux biss għandhom ċans akbar li jsibu xogħol li jagħtihom aktar sodisfazzjoni u mħallas tajjeb, iżda x'aktarx li huma iktar b'saħħithom u affidabbli minn dawk b'ħiliet baxxi, skont l-istħarriġ.

Dan qajjem biżgħat dwar l-iżvilupp ta' 'nassa ta' ħiliet baxxi', fejn dawk b'nuqqas ta' ħiliet isibu ruħhom iżolati mill-impjieg u minn aktar taħriġ. Dan iħallihom bla opportunitajiet li jiżviluppaw l-għarfien li għandhom bżonn biex jerġgħu lura għax-xogħol.

L-istħarriġ indika li dan jaf diġà qed jiġri: Iċ-ċans ta' dawk bi problemi ta' qari u kitba li jibqgħu bla xogħol huwa kważi d-doppju mill-popolazzjoni ġenerali.

X'qed tagħmel l-UE dwar dan?

L-UE għandha diversi inizjattivi biex tgħin lill-Ewropej itejbu l-ħiliet bażiċi tagħhom. L-inizjattiva 'Niftħu l-Edukazzjoni' għandha l-għan li ttejjeb il-ħila fit-tħaddim tal-kompjuters fl-Ewropa, filwaqt li Erasmus+ se jappoġġa proġetti li jgħinu jiżviluppaw u jaġġornaw il-ħiliet tal-adulti, bħall-qari u l-kitba, il-matematika u s-soluzzjoni ta' problemi f'ambjent tal-kompjuters.

Se titnieda għodda onlajn ġdida fejn il-viżitaturi jistgħu jevalwaw il-ħiliet tagħhom u jqabbluhom mar-riżultati tal-istħarriġ. U s-sejbiet tal-istħarriġ se jgħinu wkoll lill-pajjiżi jimmiraw investiment mill-Fond Soċjali Ewropew, li jipprovdi flus għal-ħiliet u t-taħriġ.

Stqarrija għall-istampa - Stħarriġ tal-UE jisħaq fuq id-defiċit fl-edukazzjoni u t-taħriġ češtinadanskDeutscheesti keelελληνικάespañolfrançaisitalianoNederlandsslovenčinasuomisvenska

Stħarriġ tal-ħiliet tal-adulti - FAQs English

Stħarriġ tal-ħiliet tal-adulti (OECD) Englishfrançais

Stqarrija għall-istampa - Niftħu l-edukazzjoni

Erasmus+

Niftħu l-Edukazzjoni Ewropea lid-dinja

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli