Mogħdija tan-navigazzjoni

Nagħrfu t-talent letterarju ġdid madwar l-Ewropa - 30/09/2013

Il-Kummissarju Androulla Vassiliou ħabbret it-12-il rebbieħ tal-premju tal-letteratura tal-UE tal-2013.

Tużżana kittieba ġodda minn madwar l-Ewropa ġew iddikjarati rebbieħa tal-Premju tal-UE għal-Letteratura tal-2013.

Il-kompetizzjoni annwali li tinsab fil-ħames sena tagħha, tgħin tiġbed l-attenzjoni lejn awturi ġodda jew li għadhom jibdew li għandu mnejn li kieku ma jiksbux ir-rikonoxximent li jistħoqqilhom barra minn pajjiżhom.

Il-kompetizzjoni għandha l-għan li titfa’ lenti fuq il-kreattività u d-diversità tal-letteratura kontemporanja Ewropea, tippromwovi ċ-ċirkolazzjoni tagħha fil-kontinent u tistimula interess fil-qari ta' kotba minn awturi minn pajjiżi oħra.

Apparti mill-ġbir ta’ premjijiet fi flus ta’ €5,000 u wara li l-kotba tagħhom jiġu promossi f’fieri tal-kotba prestiġjużi, l-awturi rebbieħa jiggwadanjaw ukoll aċċess għal finanzjament għat-traduzzjoni tal-kotba tagħhom f’lingwi Ewropej oħra.

Il-Premju tal-UE għal-Letteratura huwa miftuħ għal 37 pajjiż madwar l-Ewropa. Kull sena, ġuriji nazzjonali minn terz tal-pajjiżi jinnominaw awturi rebbieħa, sabiex, fuq perjodu ta’ tliet snin, ikunu rappreżentati l-pajjiżi kollha.

Ir-rebbieħa tal-2013 huma:

  • Isabelle Wéry (Belġju), għar-"road-movie" tagħha li jieħu l-forma ta’ rumanz, Marilyn Désossée
  • Faruk Šehić (Bosnija-Ħerzegovina) għal Knjiga o Uni, rumanz dwar l-għelib ta' trawma fi żmien il-gwerra
  • Emilios Solomou (Ċipru) għal Hμερολóγιο μιας απιστίας, ktieb dwar iż-żmien, il-qerda, il-memorja u l-imħabba
  • Kristian Bang Foss (Danimarka) għal Døden kører audi, rumanz li jinvolvi vjaġġ fl-Ewropa
  • Meelis Friedenthal (Estonja) għal Mesilased, li jsegwi l-avventuri ta’ student fuq vjaġġ bejn il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Estonja
  • Katri Lipson (Finlandja) għal Jäätelökauppias, storja ħelwa u affaxxinanti, li sseħħ l-iktar fiċ-Ċekoslovakkja tas-snin erbgħin u ħamsin
  • Lidija Dimkovska (Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja) għal Резервен Живот, dwar l-isforzi għall-individwalità ta’ par tewmin sjamiżi
  • Marica Bodrožić (Ġermanja) għal Kirschholz und alte Gefühle, storja dwar iż-żmien u l-memorja
  • Tullio Forgiarini(Lussemburgu) Amok — Eng Lëtzebuerger Liebeschronik, l-istorja ta’ adoloxxenti li qed ifittex l-imħabba, il-kuntentizza u post fis-soċjetà tal-lum
  • Ioana Pârvulescu (Rumanija) Viaţa începe vinery, vjaġġ uniku u affaxxinanti f’żminijiet mgħoddija
  • Gabriela Babnik (Slovenja) Sušna doba, Kronaki ta’ storja ta' mħabba mhux tas-soltu
  • Cristian Crusat (Spanja) għal Breve teoría del viaje y el desierto: 6 stejjer li jikkontemplaw l-firxa sħiħa tal-esperjenza umana.

It-tħabbir tar-rebbieħa ta’ din is-sena ħabat mat-tnax-il Jum Ewropew tal-Lingwi, li jiċċelebra l-wirt lingwistiku għani tagħna u l-benefiċċji tat-tagħlim tal-lingwi.

L-avveniment ta’ din is-sena, b'għadd kbir ta’ avvenimenti marbuta mal-lingwi li se jsiru madwar l-Ewropa, enfasizza kif il-lingwi ma jiswewx biss biex wieħed isib xogħol iżda b’mod aktar ġenerali biex jgħinu lin-nies jiċċaqilqu madwar l-Ewropa biex jaħdmu, jistudjaw u jgħixu.

Il-Premju l-Letteratura tal-UE English

Stqarrija għall-istampa — Jitħabbru r-rebbieħa tal-Premju tal-UE għal-Letteratura tal-2013

Stqarrija għall-istampa — il-Jum Ewropew tal-Lingwi

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi

L-aqwa letteratura tal-Ewropa ppremjata

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli