Mogħdija tan-navigazzjoni

It-titjib tal-edukazzjoni diġitali fl-Ewropa - 26/09/2013

Il-Kummissarji tal-UE Neelie Kroes u Androulla Vassiliou ma’ tfal tal-iskola, f’konferenza stampa

Inizjattiva ġdida tal-UE se tgħin tagħti liż-żgħażagħ il-ħiliet fil-kompjuter li għandhom bżonn biex jirnexxu fis-seklu 21.

Sal-2020 aktar minn 90% tal-impjiegi tal-Ewropa se jeħtieġu ħiliet fil-kompjuter, tendenza li turi r-rwol dejjem jikber tat-teknoloġija f’ħajjitna. Minkejja dan, ħafna skejjel u universitajiet m’għandhomx ir-riżorsi, il-konnettività jew it-tagħmir biex iżommu l-pass ma’ din il-bidla.

Biex tiġġieled kontra dan u tgħin tiżgura li l-Ewropej huma kapaċi jikkompetu fl-era diġitali, l-UE nediet l-Inizjattiva ‘Niftħu l-Edukazzjoni'. Din tara li jkun hemm aktar riżorsi għall-istudenti, l-organizzazzjonijiet u l-għalliema u li ttejjeb l-infrastruttura tal- IT u l-konnettività fl-iskejjel.

Nindirizzaw in-nuqqas ta’ ħiliet tal-IT

L-inizjattiva l-ġdida tal-UE tifforma parti minn pjan usa’ tal-UE biex jitwessgħu il-ħiliet tal-IT fl-Ewropa. Minkejja r-rwol dejjem akbar li għandha t-teknoloġija diġitali fis-soċjetà tal-lum, għadd limitat biss minna nifhmu kif jaħdmu l-ismartphones u l-laptops tagħna. Fit-tnedija tal-istrateġija l-ġdida, il-Kummissarju tal-UE għall-Edukazzjoni Androulla Vassiliou qalet: "Mhux biżżejjed li wieħed jifhem kif juża applikazzjoni jew programm; għandna bżonn żgħażagħ li jistgħu joħolquhom għalihom infushom." L-inizjattiva se tagħti liż-żgħażagħ il-ħiliet meħtieġa għall-impjieg fil-ġejjieni, u se tiġġenera nies kreattivi u intraprendenti għas-suq tax-xogħol Ewropew.  

Edukazzjoni Miftuħa Europa

Wieħed mill-għodod konkreti li l-Kummissjoni qed tintroduċi hu websajt ġdid, Edukazzjoni Miftuħa Europa. Is-sit se jippermetti lill-istudenti, l-għalliema u l-pubbliku ġenerali jużaw u jaqsmu riżorsi diġitali bla ħlas. Il-materjal edukattiv kollu prodotti b’fondi mill-UE se jkun disponibbli b'xejn għall-utenti fuq is-sit. Is-sit se jipprovdi wkoll pjattaforma għall-għalliema u l-istudenti biex jiddiskutu u jippromwovu użu aħjar ta’ teknoloġiji diġitali fit-tagħlim, u jaqsmu l-aqwa prattiki.

"Niftħu l-Edukazzjoni" se tindirizza kwistjonijiet oħrajn tal-edukazzjoni diġitali fl-Ewropa. Se jkun hemm aktar appoġġ għat-taħriġ tal-għalliema biex jitgħallmu jużaw it-teknoloġija diġitali fil-klassijiet, u finanzjament biex jittejjeb l-aċċess għall-broadband u l-faċilitajiet tal-IT fl-iskejjel u l-universitajiet.

Niftħu l-edukazzjoni – spinta lill-innovazzjoni u l-ħiliet diġitali fl-iskejjel u l-universitajiet

Niftħu l-Edukazzjoni Ewropea lid-dinja

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli