Mogħdija tan-navigazzjoni

Qed tfittex il-kultura? Merħba fl-Ewropa - 22/08/2013

Il-Kolossew, Ruma © UE

M'għandekx għalfejn tmur 'il bogħod fl-Ewropa biex tara artefatti storċi jew kulturali ta' livell għoli. Kemm jekk se żżur xtut barranin dan is-sajf jew se tibqa' d-dar, ipprova daħħal xi ftit minnhom fil-vjaġġ tiegħek.

Mill-Kolloss ta’ Rodi sal-Forum ta' Ruma u l-knejjes tal-injam fil-Polonja, l-Ewropej għandhom għażla kbira f'dak li huwa turiżmu kulturali u storiku.

Proġetti tar-restawr speċjali

Iż-żamma tal-bini u tal-arti tieħu x-xogħol. L-isforzi ta' preservazzjoni ta' siti ewlenin mill-volontiera u l-professjonisti ġew rikonoxxuti f’Ġunju, meta l-Kummissjoni Ewropea u Europa Nostra ħabbru r-rebbieħa tal-premjijiet għal proġetti tal-konservazzjoni pendenti tal-2013.

Il-vot pubbliku ta' din is-sena mar għall-Bini Ċentrali ta' Propylaea f’Ateni. L-isforzi tal-konservazzjoni reċenti kienu mfaħħra għall-kwalità għolja tas-sengħa, u għas-salvataġġ ta’ monument ikonik tal-kultura Ewropea.

Rebbieħa l-oħra kienu:

  • Il-port tas-seaplane f'Tallinn, l-Estonia;
  • It-Teatru Ruman ta’ Medellin, Spanja;
  • Strawberry Hill, ir-Renju Unit;
  • Ir-restawr ta’ magni fil-Wielemans-Ceuppens brewery, il-Belġju;
  • Assoċjazzjoni għall-promozzjoni tal-arti u l-kultura fil-parti tal-Lvant tal-Ġermanja;
  • Proġett biex titqajjem kuxjenza dwar il-madum Azulejo fil-Portugall.

Appoġġ mill-UE

L-UE qed tgħin fiż-żamma ta' bosta minn dawn is-siti — minn restawr tal-Akropolis f’Ateni, il-Greċja, sa tindif bil-lejżer ta' frescoes qodma fi Siena, l-Italja. Qed ukoll tiffinanzja riċerka biex tgħin fil-preservazzjoni tat-teżori kulturali tal-Ewropa. Il-proġett Firesense, pereżempju, żviluppa sistema ta’ twissija bikrija biex ikun sorveljat ir-riskju ta’ ħruq u temp estrem f’oqsma ta’ interess kulturali.

Ivvjaġġar bil-qari

L-akkaniti tal-kultura se jgawdu wkoll Europeana — il-librerija diġitali, mużew u arkivju tal-Ewropa. Jekk l-interess tiegħek huwa fl-Art Nouveau jew fi strumenti mużikali, fil-mużika tradizzjonali tal-Irlanda jew fil-ġonna botaniċi, hemm xi ħaġa għal kulħadd.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli