Mogħdija tan-navigazzjoni

Niftħu l-edukazzjoni Ewropea lid-dinja - 19/07/2013

Gradwati © iStockphoto

Strateġija ġdida biex tiżgura li l-Ewropa tattira studenti internazzjonali u tagħti lill-gradwati tagħha l-ħiliet għal karriera internazzjonali.

Minħabba li pajjiżi bħaċ-Ċina u l-Indja qed jimmodernizzaw l-universitajiet tagħhom u jsaħħu l-isforzi biex jattiraw studenti internazzjonali, l-Ewropa jeħtiġilha tagħmel l-almu tagħha biex tibqa’ destinazzjoni attraenti.

L-istrateġija DeutschEnglishfrançais tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-edukazzjoni għolja DeutschEnglishfrançais tħeġġeġ azzjoni fi tliet aspetti:

  • l-iskambji internazzjonali ta' studenti u staff
  • l-internazzjonalizzazzjoni u t-titjib tal-kurrikuli, inkluż it-tagħlim diġitali
  • il-kooperazzjoni, il-partenarjati u l-bini tal-kapaċità

Ċifri dwar l-istudju barra

L-għadd ta’ studenti fl-edukazzjoni għolja madwar id-dinja mistenni li jiżdied b’erba’ darbiet minn madwar 100 miljun fis-sena 2000 għal 400 miljun fl-2030. L-għadd ta’ studenti li jsiefru biex jistudjaw jiżdied b’7% kull sena (b'żieda kbira fiċ-Ċina, l-Indja u l-Korea t’Isfel). Bħalissa l-Ewropa tattira madwar 45% tal-istudenti internazzjonali.

Il-programm il-ġdid Erasmus+, li se jitnieda f’Jannar 2014, se jżid l-għadd ta’ skambji għal staff u studenti għal 135,000 fis-sena – 100,000 iktar milli taħt il-programm attwali Erasmus Mundus.

L-internazzjonalizzazzjoni f'pajjiżna

Iżda l-internazzjonalizzazzjoni m’għandhomx igawdu minnha biss il-minoranza ta’ studenti tal-UE – madwar 15% – li jistudjaw barra minn pajjiżhom. Dawk li jibqgħu f'pajjiżhom għandhom ikunu mħeġġa jitgħallmu lingwi barranin, ikollhom aċċess għal staff b’esperjenza internazzjonali, u jkollhom opportunitajiet ta' kollaborazzjoni internazzjonali permezz tat-tagħlim onlajn.

Il-Kummissjoni qed tinkoraġġixxi wkoll l-universitajiet u l-kulleġġi biex jiffurmaw partenarjati fi ħdan u barra l-Ewropa permezz ta’ proġetti konġunti u korsijiet fuq l-internet – u biex jindirizzaw l-ostakli li fadal fil-programmi ta’ lawrji konġunti u doppji.

Il-partenarjati se jinkoraġġixxu r-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki, jattiraw studenti b'talent u jżidu l-esperjenza u l-impjegabbiltà tal-gradwati Ewropej.

Filwaqt li kull pajjiż huwa responsabbli li jirriforma s-sistema tal-edukazzjoni għolja tiegħu u jħaddan l-internazzjonalizzazzjoni, l-UE se tappoġġa dan il-proċess. Bejn l-2014 u l-2020, il-programm Erasmus+ se jinvesti fil-mobbiltà, il-lawrji konġunti, il-partenarjati internazzjonali u l-iżvilupp tal-istaff.

Iktar informazzjoni dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE DeutschEnglishfrançais

Fatti u Ċifri: L-edukazzjoni għolja Ewropea fid-dinja DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli