Mogħdija tan-navigazzjoni

L-arkitettura ġdida tal-Ewropa — Niċċelebraw it-talent - 21/05/2013

Harpa - Is-sala tal-kunċerti u ċentru għall-konferenzi f’Reykjavik, l-Islanda © EU

Harpa, sala tal-kunċerti u ċentru għall-konferenzi f’Reykjavik l-Islanda, tirbaħ il-premju Mies van der Rohe 2013 għall-arkitettura kontemporanja.

Il-bini għen biex jittrasforma u jagħti ħajja ġdida lill-port ta' Reykjavik, qal il-Bord ta’ ġurija. Id-disinn ta' Harpa Englishespañol kien ta' Henning Larsen Architects, Batteríið Architects u Studio Olafur Eliasson.

“Il-kważi brikk ikonika u trasparenti ta' Harpa tidher donnha logħba ta’ dawl ikkulurit li dejjem jinbidel, li joffri djalogu bejn il-belt u l-ħajja fil-bini,” qal il-President tal-Bord.

Dan il-premju tal-UE għall-arkitettura kontemporanja li jingħata kull sentejn — magħruf ukoll bħala l-premju Mies van der Rohe — jiċċelebra l-eċċellenza u jinkoraġġixxi t-talent li probabbilment se jkun ta’ suċċess fil-ġejjieni.

Talent emerġenti

Il-Ġurija tat il-premju ta' "aċċenn speċjali" għall-arkitetti emerġenti lil María Langarita u Víctor Navarro għal Nave de Música Matadero Englishespañol (l-Akkademja tal-Mużika Red Bull) f’Madrid, Spanja.

Il-bini nbena f’xahrejn biss biex jospita festival mużikali f’kumpless ta' maħżen tal-bidu tas-seklu 20. Issodisfa l-ħtiġijiet tekniċi tal-avveniment, filwaqt li ppromwova u tejjeb l-inkontri artistiċi bejn il-mużiċisti, qal il-bord.

Il-premjijiet se jkunu ppreżentati waqt ċerimonja fis-7 ta’ Ġunju fil-Paviljun ta' Mies van der Rohe f’Barċellona.

Ir-rebbieħa ntgħażlu minn 335 nominazzjoni. Il-finalisti l-oħra kienu: Is-Sala tas-Suq (Ghent, il-Belġju); Superkilen (Copenhagen, id-Danimarka); Id-Dar tal-Anzjani (Alcácer do Sal, il-Portugall) u Metropol Parasol (Sevilja, Spanja).

Jista' jiġi nominat kull bini li għandu inqas minn sentejn u li jikkontribwixxi għal ħajja f'belt, minn dar privata sa infrastruttura fuq skala kbira.

L-arkitettura timpjega direttament aktar minn nofs miljun ruħ u tagħmel kontribut sinifikanti lill-industriji kulturali u kreattivi, li jirrappreżentaw 4.5% tal-prodott gross domestiku tal-UE.

Il-Programm tal-UE għall-Kultura – b'baġit totali ta' €400m għall-2007-13 – jappoġġa proġetti kollaborattivi fil-qasam tal-arkitettura u l-wirt kulturali.

Aktar dwar il-premju tal-UE għall-arkitettura DeutschEnglishfrançais

Il-programm tal-kultura tal-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli