Mogħdija tan-navigazzjoni

L-istreaming ta’ filmati fuq l-internet joffri lin-nies għażla akbar ta’ programmi televiżivi u films – neħtieġu l-opinjonijiet tiegħek dwar strateġija tal-UE biex kulħadd ikun jista’ jgawdi.

Aktar u aktar nies qed jagħżlu li jaraw il-programmi u l-films fuq it-televixins ikkonnettjati mal-internet, id-desktops tal-kompjuters, il-laptops, it-tablets, l-ismartphones u fuq il-konsols tal-logħob tagħhom. B’dan il-mod, dawn jistgħu jaraw li jridu, meta jridu, fejn iridu.

Iżda x-xandara tradizzjonali jgħidu li dawn jinsabu f'vantaġġ inġust, bl-argument li x-xandara tal-Internet mhumiex suġġetti għall-istess regoli u sorveljanza regolatorja.

Il-Kummissjoni tagħraf li hemm problema. Tinħtieġ strateġoja komuni tal-UE – waħda li tgħin ukoll biex tipprovdi servizzi aħjar lill-konsumaturi u aktar għażla bi prezzijiet ġusti.

Qabel tagħmel il-proposti, il-Kummissjoni qed titlob l-opinjoni tiegħek, permezz ta’ konsultazzjoni pubblika English – “It-tħejjija għal Dinja Awdjoviżiva Konverġenti bis-Sħiħ: tkabbir, ħolqien u valuri”. Għandek ċans sa tmiem Awwissu 2013 biex tikkumenta dwar il-mistoqsijiet fid-dokument ta’ diskussjoni DeutschEnglishfrançais, li jiddeskrivi l-kwistjonijiet għall-kunsiderazzjoni. Dawn jinkludu:

  • l-għajnuna lix-xandara tal-UE biex isiru aktar kompetittivi ma’ kumpaniji internazzjonali (speċjalment dawk ibbażati fl-Istati Uniti)
  • il-ħarsien tal-valuri u l-prinċipji Ewropej – il-libertà tal-midja, il-protezzjoni tat-tfal, l-aċċessibbiltà għall-utenti b’diżabbiltà, eċċ.
  • il-promozzjoni ta' standards komuni biex l-utenti jkollhom aċċess għax-xandir diġitali u l-kontenut awdjoviżiv minn kullimkien fl-UE
  • il-finanzjament tal-films, l-ispettakli tat-televiżjoni u kontenut awdjoviżiv ieħor
  • ir-regolazzjoni pubblika biex titrawwem industrija tax-xandir miftuħa u varjata.

Il-pass lejn ix-xandir fuq l-internet diġà qed jiġi diskuss f’diversi pajjiżi tal-UE u l-Parlament Ewropew.

Diversi dibattiti jistgħu jirriżultaw f’mużajk ta’ regoli differenti madwar l-UE, u dan itellef it-tkabbir tas-suq milli jipprovdi lill-konsumaturi bl-aqwa aċċess possibbli.

Din hija r-raġuni għaliex jagħmel sens li jkollna politika komuni tal-UE. Il-Kummissjoni ma tiffavorixxi l-ebda alternattiva bħalissa, iżda se tikkunsidra l-possibbiltajiet kollha qabel ma tagħmel il-proposti tagħha. Għażla minnhom hija li jiġu aġġornati r-regoli tal-UE dwar is-servizzi awdjoviżivi English .

Fl-istess ħin, il-Kummissjoni dan l-aaħħar nediet ukoll konsultazzjonijiet pubbliċi relatati – waħda dwar il-libertà u l-pluraliżmu tal-midja English, u l-oħra dwar l-indipendenza tar-regolaturi nazzjonali English għas-settur awdjoviżiv. L-iskadenza biex tibgħat l-kummenti tiegħek hi l-14 ta’ Ġunju 2013.

Aktar dwar is-servizzi awdjoviżivi English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli