Mogħdija tan-navigazzjoni

L-aqwa letteratura tal-Ewropa ppremjata - 09/10/2012

Logo: "Premju għal-Letteratura tal-Unjoni Ewropea" © EU

L-UE tirrikonoxxi 12-il awtur ġodda jew li għadhom jibdew – il-Premju għal-Letteratura tal-Unjoni Ewropea 2012.

Il-premju annwali, issa fir-raba' sena tiegħu, hu wieħed mill-modi li bih l-UE tappoġġa lill-awturi, billi ngħidu aħna tinvesti madwar €3 miljuni fis-sena għat-traduzzjoni tal-aqwa xogħlijiet letterarji tal-Ewropa, tagħmilhom aċċessibbli għal aktar qarrejja u tgħin lill-kittieba jwessgħu l-udjenza tagħhom.

L-awturi ġodda jew li għadhom jibdew jirċievu €5,000, kif ukoll rikonoxximent u promozzjoni sinifikanti f'fieri tal-kotba prestiġjużi. Mill-2010, il-fondi tal-UE għenu wkoll biex jiġu tradotti 32 mill-35 rebbieħ f'19-il lingwa, total ta' 104 traduzzjonijiet. Ir-rebbieħa tal-2012 Englishfrançais huma:

  • Anna Kim (l-Awstrija) bil-ktieb ‘Die gefrorene Zeit‘ (Frozen Time), dwar riċerkatur li jgħin lil raġel mill-Kosovo
  • Lada Žigo (il-Kroazja) bil-ktieb ‘Rulet’ (Roulette), rumanz dwar il-logħob tal-azzard
  • Laurence Plazenet (Franza) bil-ktieb ‘L’amour seul’ (Love Alone), storja dwar maħbubin sigrieti li huma sseparati
  • Viktor Horváth (l-Ungerija) b'‘Török tükör’ (Turkish Mirror), jieħu lill-qarrejja fi vjaġġ avventuruż fl-Ungerija tas-seklu 16
  • Kevin Barry (l-Irlanda) bil-ktieb ‘City of Bohane’, jeħodna 40 sena fil-futur f'belt fil-lvant tal-kosta tal-Irlanda li darba kienet belt glorjuża
  • Emanuele Trevi (l-Italja) bi ‘Qualcosa di scritto’ (Something Written), ħrafa dwar kittieb li jsib ix-xogħol f'arkivju
  • Giedra Radvilavičiūtė (psewdonimu għal Giedra Subačienė, il-Litwanja) bil-ktieb ‘Šiąnakt aš miegosiu prie sienos’ (Tonight I Shall Sleep by the Wall), ġabra ta' novelli
  • Gunstein Bakke (in-Norveġja) bil-ktieb ‘Maud og Aud: ein roman om trafikk’ (Maud and Aud: A Novel on Traffic), dwar familja mħarbta minħabba aċċident tat-traffiku
  • Piotr Paziński (il-Polonja) b'‘Pensjonat’ (Boarding House), fejn jiddeskrivi dar tax-xjuħ fejn ir-residenti kollha huma superstiti tal-Olokawstu.
  • Afonso Cruz (il-Portugall) bil-ktieb ‘A Boneca de Kokoschka’ (Kokoschka’s Doll), storja dwar il-ħbiberija u l-identità
  • Jana Beňová (is-Slovakja) b'‘Café Hyena (Plán odprevádzania)’ (Café Hyena (Seeing People Off), ġabra ta' novelli u osservazzjonijiet dwar relazzjoni bejn mara żagħżugħa u raġel imdaħħal fiż-żmien
  • Sara Mannheimer (l-Isvezja) b'‘Handlingen’ (The Action), dwar ix-xewqa ta' mara li tikkonkwista l-letteratura kollha.

Aktar informazzjoni dwar l-appoġġ tal-UE għall-kultura DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli