Mogħdija tan-navigazzjoni

L-istrateġija kreattiva - 01/10/2012

Pjan ġdid li jgħin lill-industriji kulturali u kreattivi Ewropej isiru aktar kompetittivi, ikattru l-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku.

It-tibdil lejn it-teknoloġiji diġitali, il-globalizzazzjoni u l-imġiba li dejjem tevolvi tal-konsumatur huma fost l-isfidi li qed taffaċċja l-industrija llum.

Pereżempju, in-negozji kreattivi jsibuha bi tqila biex jattiraw l-investiment meħtieġ biex iħaddnu t-teknoloġiji diġitali – kruċjali biex inaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni u jkollhom aċċes għal swieq ġodda.

Il-Kummissjoni qed tipproponi firxa ta' miżuri English biex tgħin, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell tal-UE, inkluż il-promozzjoni tal-iżvilupp tal-ħiliet u għajnuna għall-investiment.

Din l-għajnuna hi f'waqtha f'dawn iż-żminijiet ta' kriżi ekonomika. Madwar 8.5 miljun ruħ jaħdmu fis-settur kreattiv, li jinkludi l-arkitettura, l-artiġjanat, il-wirt kulturali, id-disinn, il-festivals, il-moda, il-films, il-mużika, it-teatru, l-arti viżwali, il-libreriji, il-pubblikazzjoni, ir-radju u t-televiżjoni.

Dawn jammontaw għal 4.5% tal-PGD tal-UE u jagħtu kontribut sinifikanti lil industriji oħra, fejn l-innovazzjoni hija dejjem aktar xprunata mill-kreattività u d-disinn.

Azzjoni diretta

Il-Kummissjoni qed issejjaħ lill-pajjiżi tal-UE biex jiffokaw fuq it-titjib tal-kapaċitajiet u l-aċċess għall-finanzi, jagħtu spinta lill-kompetittività, jespandu l-esportazzjonijiet, u jsaħħu r-rabtiet ma' industriji oħrajn.

Fil-livell tal-UE l-Kummissjoni qed tipproponi li jintużaw il-€1.8 biljun riżervati għall-programm li jmiss Ewropa Kreattiva DeutschEnglishfrançais (2014-2020) u fondi eżistenti oħra. Il-pjanijiet jinkludu:

  • it-trawwim tal-intraprenditorija bit-tnaqqas tal-burokrazija għan-negozji ż-żgħar, li jagħmlu parti kbira tas-settur kulturali u kreattiv
  • l-integrazzjoni tas-suq diġitali tal-UE, pereżempju permezz ta' approċċ komuni biex jipproteġi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u jnaqqas il-kwantità ta' oġġetti ffalsifikati mibjugħa permezz tal-internet
  • il-promozzjoni tan-netwerking u l-qsim ta' eżempji kummerċjali tajba madwar l-Ewropa
  • il-garanzija li jinkiseb self mill-bank għal aċċess finanzjarju faċlitat għan-negozji u l-organizzazzjonijiet kreattivi
  • miżuri ta' appoġġ biex iħeġġu udjenza akbar, jiġu ttestjati mudelli ta' negozju u jiżdiedu l-esportazzjonijiet internazzjonali
  • l-għoti ta' fondi għall-edukazzjoni u t-taħriġ, bħall-programm tal-UE Erasmus għal kulħadd DeutschEnglishfrançais
  • l-użu ta' firxa ta' fondi eżistenti biex tiżdied il-kontribuzzjoni li toffri l-kultura għall-iżvilupp reġjonali u lokali, kemm f'żoni urbani u kif ukoll rurali.

Aktar dwar l-appoġġ tal-UE għall-kultura DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli