Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Mill-mużika klassika u moderna, sat-teatru u ż-żfin – is-sajf huwa ż-żmien biex tgawdi l-aqwa avvenimenti kulturali tal-Ewropa.
Qed noqorbu lejn l-aħħar ġimgħat tas-sajf, u għad hemm bosta festivals xi tgawdi.
Tista' tilħaq l-aħħar ġimgħa tal-festival internazzjonali taż-żfin ![]()
ta' Vjenna, fejn jieħdu sehem eluf ta' żeffiena u koreografi professjonali minn madwar id-dinja. Il-festival ta' 5 ġimgħat jintemm fit-12 ta' Awwissu.
Mur is-Slovenja, għal taħlita ta’ żfin u teatru fil-festival Mladi Levi ![]()
li jsir kull sena f'Lubljana (23 ta' Awwissu sat-2 ta' Settembru). Hu magħruf għat-talent żagħżugħ fit-teatru kontemporanju progressiv.
Mit-2 sad-9 ta' Settembru, il-belt ta' Utrecht, fl-Olanda, se tippreżenta Gaudeamus Muziekweek ![]()
, taħlita internazzjonali ta' kompożituri żgħażagħ u mużika ġdida.
Il-festival internazzjonali tal-letteratura ![]()
f'Berlin ta' din is-sena (4-15 ta' Settembru) jgħaqqad iktar minn elf awtur mid-dinja kollha għal qari u taħdidiet dwar is-sengħa tagħhom.
Għall-mużika, ta' min jagħti daqqa t'għajn lejn Punkt
, li jsir f'Kristiansand, in-Norveġja, bejn is-6 u t-8 ta’ Settembru. Il-leġġenda tal-mużika Brian Eno huwa d-direttur artistiku ta' din is-sena. L-għażliet tiegħu jvarjaw minn mużiċisti tal-avangwardja bħal Cyclobe sa Malian Guimba Kouyaté.
Għal dawk li jivvjaġġaw aktar tard fis-sena, il-festival Steirischer Herbst ![]()
fl-Awstrija (21 ta' Settembru-14 ta' Ottubru) jippreżenta taħlita affaxxinanti ta' teatru, żfin, arkitettura, films, mużika, arti u letteratura.
Tista' wkoll tmur f'Nitra, is-Slovakja, għall-festival internazzjonali tat-teatru ![]()
bejn il-21-26 ta' Settembru. Gruppi mir-Repubblika Ċeka, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Ġermanja, il-Polonja, ir-Rumanija, ir-Russja, is-Slovenja, ir-Renju Unit u s-Slovakja se jieħdu sehem f'20 prestazzjoni matul 12-il jum dwar it-tema tal-ħtija u l-innoċenza.
Il-bliet kapitali kulturali
Din is-sena l-Bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura ![]()
![]()
– Guimarães (il-Portugall) u Maribor (is-Slovenja) – qed itellgħu skeda mimlija avvenimenti b'enfasi fuq ir-rikkezza tal-wirt tagħhom u ta' min jinkludihom fil-btala.
Guimarães qed tenfasizza ċ-ċentru storiku, sit tal-wirt dinji tal-UNESCO, filwaqt li Maribor qed tiffoka fuq in-netwerking mal-bliet fl-inħawi biex tesprimi "l-enerġija tal-arti u l-kultura".
L-appoġġ għall-kultura
Dawn huma biss uħud mill-festivals u l-avvenimenti kulturali madwar l-Ewropa. Ħafna minnhom huma megħjuna finanzjarjament mill-programmi tal-kultura u l-midja tal-UE, li jgħinu fil-promozzjoni tad-djalogu interkulturali u jinkoraġġixxu ċ-ċaqliq ta' artisti u xogħlijiet tal-arti madwar l-Ewropa.
Sib iktar avvenimenti fl-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Festivals ![]()
Iktar dwar il-programmi tal-kultura u tal-wirt storiku tal-UE ![]()
![]()