Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-premju 2012 għall-wirt kulturali jippremja xogħol li jispikka fil-konservazzjoni, ir-restawr u t-tiftix tas-siti storiċi Ewropej.
Paraschiva Kovacs ![]()
iddedikat iktar minn 40 sena minn ħajjitha tiġbor dokumentazzjoni u tippreserva l-bibien tradizzjonali fir-reġjun Odorhei fir-Rumanija.
Xogħolha ġie rikonoxxut mill-UE bil-premju annwali għall-wirt storiku, magħruf ukoll bħala l-premju Europa Nostra ![]()
, flimkien ma' 27 oħra magħżulin għall-eċċellenza fil-konservazzjoni tal-wirt kulturali.
Kovacs kienet waħda fost is-sitta magħżulin li rċevew il-premjijiet speċjali "Grand Prix" għal kisbiet eċċezzjonali fil-wirt kulturali f'ċerimonja fl-1 ta' Ġunju f'Lisbona.
Meta ngħatat il-premju, il-ġurija ddeskriviet lil Paraschiva Kovacs bħala "eżempju straordinarju" tal-persuni modesti u ddedikati fl-Ewropa kollha li, bla riżorsi, jgħinuna niftħu għajnejna għall-importanza tal-preservazzjoni tal-passat għal dawk li għad iridu jiġu warajna.
Ir-rebbieħa l-oħra tal-Grand Prix 2012 ![]()
huma:
Għall premjijiet ta' din is-sena, in-nies setgħu jivvutaw għal rebbieħ permezz ta' votazzjoni onlajn. L-ewwel għażla tal-pubbliku marret għall-fortifikazzjonijiet ta' Pamplona, Spanja ![]()
, waħda mill-iktar fortizzi naturali u ċittadelli kkonservati tajjeb fl-Ewropa.
Il-premjijiet huma appoġġati mill-programm kulturali tal-UE, li mill-2007 pprovda €30 miljun biex jikkoofinanzja proġetti ta' wirt kulturali.
L-iskadenza biex tapplika għall-premjijiet tas-sena d-dieħla hi l-1 ta' Ottubru 2012.
Aktar informazzjoni dwar l-appoġġ għall-kultura u l-wirt storiku