Mogħdija tan-navigazzjoni

L-aħjar tradutturi żgħażagħ tal-UE jingħatalhom ġieħ għal ħiliet lingwistiċi tagħhom - 27/03/2012

Rittratt tal-grupp tar-Rebbieħa Juvenes Translatores 2010-11 © EU

27 rebbieħ/a tal-kompetizzjoni ta' traduzzjoni annwali tal-UE rċevew il-premjijiet illum fi Brussell.

27 żagħżugħ/a – wieħed/waħda minn kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea – se jirċievu llum il-premjiet talli għamlu l-aħjar traduzzjoni f'pajjiżhom fil-konkors annwali tal-Kummissjoni Ewropea għat-tradutturi żgħażagħ, Juvenes Translatores.

Kull wieħed/a se j/tirċievi trofew u ċertifikat minn Androulla Vassiliou, il-Kummissarju għall-Edukazzjoni, il-Multilingwiżmu u ż-Żgħażagħ.

Wara, huma għandhom jiltaqgħu mat-tradutturi tal-Kummissjoni li kitbu t-testi oriġinali tal-konkors u li mmarkaw it-traduzzjonijiet tagħhom.

Il-konkors sar fl-24 ta' Novembru 2011 u kien miftuħ għal studenti bl-età ta' 17-il sena, li rrappreżentaw kemm l-iskola tagħhom u lil pajjiżhom.

Il-parteċipanti kellhom jagħżlu test wieħed minn 23 test (wieħed għal kull lingwa uffiċjali tal-UE) u jittraduċuh b'lingwa oħra tal-UE magħżula minnhom. Għalkemm bosta għażlu l-Ingliż bħala l-lingwa sors, l-għadd total tal-lingwi flimkien kien ta' 148 – l-ogħla wieħed minn mindu tnieda l-konkors fl-2007.

It-tema tat-testijiet ta' din is-sena kienet dwar il-voluntarjat (biex b'hekk titfakkar is-Sena Ewropea tal-Voluntarjat 2011). Għadd ta' żgħażagħ li pparteċipaw fil-konkors f'pajjiżi differenti kienu b'mod ċar ispirati b'din it-tema, b'xi wħud jitħajru jinkitbu bħala voluntiera mas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar u ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi oħrajn.

U ejjew ma ninsewx li wara kull student promettenti jinsab għalliem. Is-suċċess fil-kompetizzjoni mhux sempliċement kwistjoni ta' tħejjija tad-dettalji prattiċi – l-għalliema tar-rebbieħa b'mod ċar ħadmu bi sħiħ, biex iħeġġu u jrawmu tant interess u kapaċitajiet lingwistiċi.

Bosta mir-rebbieħa ta' din is-sena għandhom imħabba speċjali għal-lingwi. Ir-rebbieħa mill-Pajjiżi l-Baxxi u l-Lussemburgu trabbew f'familji bilingwi u komplew jitgħallmu aktar lingwi fl-iskola tagħhom. Ir-rebbieħ Ċek jippreferi jaqra kotba bil-lingwi oriġinali, u r-rebbieħa tar-Renju Unit tħobb ħafna l-Ġermaniż, u biħsiebha tkompli tistudjah.

Juvenes Translatores għandu l-għan li jippromwovi t-tagħlim tal-lingwi fl-Ewropa u li jtejjeb il-profil tat-traduzzjoni bħala professjoni. Il-konkors żied il-popularità tiegħu sena wara l-oħra, l-ogħla għadd ta' parteċipanti kien dak tas-sena l-oħra li qabeż it-3,000.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli