Mogħdija tan-navigazzjoni

Għandek kapaċitajiet fit-teknoloġija? Hemm xogħol qed jistenniek - 26/03/2012

Sib kif tista' taħtaf xogħol mill-eluf ta' offerti ta' xogħol fit-teknoloġija disponibbli fl-Ewropa kollha matul il-ġimgħa tal-kapaċitajiet-e (26-30 ta' Marzu).

L-industrija tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) fl-Ewropa qed tkompli tikber minkejja l-kriżi ekonomika. Iżda filwaqt li f'dawn l-aħħar snin l-għadd ta' ħaddiema fl-industrija żdied, mill-2005 l-għadd ta' gradwati f'dan il-qasam naqas.

Fi kliem ieħor, l-Ewropa mhix qed tipproduċi biżżejjed ħaddiema bil-kapaċitajiet fit-teknoloġija biex jimlew l-għadd dejjem jikber ta' xogħlijiet li jinħolqu permezz ta' din l-industrija. Il-Kummissjoni qed tipprevedi li l-iskarsezza ta' ħaddiema kwalifikati se twassal biex 700,000 post ta' xogħol fl-IT se jibqgħu vojta sal-2015.

Il-ġimgħa tal-kapaċitajiet-e hi parti mill-istrateġija tal-Kummissjoni biex tħeġġeġ liż-żgħażagħ jagħmlu t-taħriġ li għandhom bżonn għal xogħol f'dan is-settur u biex iżommu l-ekonomija diġitali tal-UE kompetittiva.

L-avvenimenti se jiġu organizzati f'kull pajjiż tal-UE matul il-ġimgħa, b'korsijiet, jiem ta' informazzjoni u konferenzi li jenfasizzaw l-opportunitajiet f'dan il-qasam.

Pereżempju, fost l-avvenimenti ta' promozzjoni fir-Renju Unit se jkun hemm fiera tal-karrieri fi Glasgow fid-29 ta' Marzu. Illum, f'Dublin, diskorsi mill-mexxejja tal-industrija għandhom jispiraw liż-żgħażagħ jiksbu kapaċitajiet fl-ICT.

L-Olanda se tqajjem kuxjenza dwar il-karrieri fit-teknoloġija permezz ta' rappreżentanti tal-industrija li se jżuru l-iskejjel kif ukoll permezz ta' kompetizzjoni għall-ħolqien ta' applikazzjoni ta' softwer.

Meta tgħaddi l-ġimgħa tal-kapaċitajiet-e, iż-żgħażagħ xorta se jkollom iċ-ċans li juru t-talent tagħhom fil-kompetizzjoni Project Passion. Tista' tapplika sat-30 ta' Ġunju.

Kulħadd se jkollu bżonn ftit kapaċitajiet fit-teknoloġija

Il-kapaċitajiet fl-informatika huma meħtieġa għal ħafna xogħlijiet differenti. Sal-2015, 90% tax-xogħlijiet mistennija jirrikjedu xi livell ta' kapaċitajiet relatati mal-IT.

L-istrateġija għal perjodu twil ta' żmien tal-Kummissjoni biex tilħaq id-domanda tinkludi l-appoġġ ta' taħriġ speċjalizzat u l-ħolqien ta' portal onlajn ta' kapaċitajiet-e u karrieri English .

U l-gvernijiet tal-UE aċċettaw l-isfida, u qed ifasslu taħriġ fil-kapaċitajiet-e bi sħubija mal-kumpaniji tal-ICT.

L-industrija tal-ICT tirrappreżenta 5% tal-PGD tal-Ewropa u tiġġenera valur tas-suq ta' €660 biljun fis-sena.

Segwi l-ġimgħa Ewropea tal-kapaċitajiet-e fuq Facebook English jew Twitter

Aktar informazzjoni dwar il-politika tal-UE tat-teknoloġija tal-informazzjoni

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli