Mogħdija tan-navigazzjoni

Erasmus: l-iżvilupp tal-ħiliet taż-żgħażagħ Ewropej - 03/02/2012

Mill-1987, il-programm Erasmus ippermetta kważi 3 miljun Ewropew jistudjaw jew jitħarrġu barra minn pajjiżhom.

Iż-żgħażagħ huma partikolarment esposti għall-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika u għall-qgħad. Matul is-samit Ewropew ta' Jannar, il-kapijiet ta' Stat u gvern impenjaw ruħhom biex itejbu l-perspettivi tal-impjieg.

L-Erasmus jikkontribwixxi għal dan il-għan billi jħeġġeġ il-mobbiltà tal-istudenti. Permezz tiegħu, jistgħu jmorru f'pajjiż ieħor, jitgħallmu lingwa barranija u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom ta' adattament, kwalitajiet apprezzati mis-suq tax-xogħol.

Ibiddel il-ħajja u jiftaħ l-imħuħ

L-Erasmus hu waħda mill-istejjer ta' suċċess kbir tal-Unjoni Ewropea. Fl-2011, 250,000 żagħżugħ setgħu jistudjaw jew jagħmlu apprendistat f'pajjiż ieħor permezz ta' dan il-programm. Hu miftuħ ukoll għall-għalliema u jikkontribwixxi għall-kwalità tat-tagħlim superjuri fl-Ewropa.

Fi Brussell, il-konferenza bl-isem "Erasmus: għal 25 sena sħaħ jibdel ħajjiet in-nies u jiftħilhom moħħhom" nediet il-bidu taċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 anniversarju. Avvenimenti oħrajn huma organizzati wkoll fl-Ewropa kollha.

F'kull wieħed mit-33 pajjiż parteċipanti, intgħażlu eks student u għalliem skont l-impatt li l-Erasmus ħalla fuq il-ħajja professjonali u privata tagħhom. Ir-rwol ta' dawn l-"ambaxxaturi ta' Erasmus" hu li jħeġġu żgħażagħ oħrajn jippruvaw din l-avventura.

Tomás hu wieħed minnhom. Fl-2002, dan l-inġinier tal-awronawtika Spanjol qatta' sena f'università Finlandiża. Imbagħad mar jistudja fl-Asja u mar jaħdem fir-Renju Unit. B'hekk il-ħajja professjonali u personali tiegħu ġiet mogħnija b'dawn l-esperjenzi.

Piroska kienet waħda mill-ewwel studenti Ungeriżi li gawdew mill-programm fl-1998. Is-semestru ta' studju tagħha fil-komunikazzjoni fil-Ġermanja kkontribwixxa ferm għall-karriera ta' ġurnalista.

Inħejju l-futur tal-programm

Kull sena, l-għadd ta' parteċipanti dejjem jiżdied, tant li l-Erasmus sar il-proogramm ta' skambju universitarju l-iktar popolari fid-dinja.

Reċentement, il-Kummissjoni pproponiet programm ġdid "Erasmus għal kulħadd" (2014-2020). Dan il-programm jgħaqqad l-inizjattivi Ewropej u internazzjonali kollha li jeżistu bħalissa fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u jista' jikkonċerna sa 5 miljun persuna.

Aktar tagħrif dwar il-programm Erasmus DeutschEnglishfrançais

Niltaqgħu mal-ambaxxaturi tal-Erasmus English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli