Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-kantanti Ewropej jagħtu leħinhom - 03/11/2011

Powster li jistieden lill-pubbliku biex jivvota għall-"Premju tal-Pubbliku" – Il-Premju European Border Breakers 2012

Għadhom kemm tħabbru l-għaxar rebbieħa tal-premju "European Border Breakers" 2012. Il-pubbliku hu mistieden jagħżel il-kantant/a li jippreferi.

Il-premju "European Border Breakers" jingħata lill-kantanti u lill-gruppi Ewropej fl-oqsma tal-mużika, pop, rock, soul jew elettronika, li l-ewwel album tagħhom kellu suċċess lil hinn minn pajjiżhom. L-għażla tiddependi mill-bejgħ, mill-frekwenza tad-diffużjoni tat-titli u tal-voti mogħtija mill-istazzjonijiet tar-radju u tal-festivalijiet Ewropej.

L-għaxar rebbieħa tal-edizzjoni 2012 huma: Elektro Guzzi (l-Awstrija), Selah Sue (il-Belġju), Agnes Obel (id-Danimarka), Ben l'Oncle Soul (Franza), Boy (il-Ġermanja), James Vincent McMorrow (l-Irlanda), Afrojack (l-Olanda), Alexandra Stan (ir-Rumanija), Swedish House Mafia (l-Isvizzera) u Anna Calvi (ir-Renju Unit).

Ir-rebbieħ Franċiż u dik Belġjana għamlu unur lill-mużika soul. Ben l’Oncle Soul sar magħruf bis-saħħa tar-ripetizzjonijiet tiegħu, qabel ma affaxxina lill-pubbliku bil-kanzunetti tiegħu nnifsu. Filwaqt li ż-żagħżugħa Belġjana Selah Sue, li ma għandhiex ħlief 22 sena, diġà ħadet sehem f'bosta festivalijiet Ewropej u ħadmet flimkien mal-aktar ismijiet famużi tal-mużika dinjija.

Il-kantanti kollha għandhom jirċievu l-premju tagħhom fil-11 ta' Jannar li ġej waqt ċeremonja trasmessa fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radjijiet tal-Ewropa kollha.

Il-pubbliku jagħti l-aħħar irtokk billi jagħżel il-kantant/a jew il-grupp preferit tiegħu. Il-voti onlajn English jistgħu jsiru mill-1 ta' Novembru sal-31 ta' Diċembru u se jiġu offruti inviti għaċ-ċeremonja tal-għoti tal-premjijiet għal dan l-avveniment. Is-sena l-oħra, il-premju speċjali tal-pubbliku ngħata lill-Ġermaniżi "The Baseballs" għar-ripetizzjonijiet tagħhom ta' kanzunetti mill-passat.

Il-festivitajiet se jsiru fl-Olanda, fl-ambitu tal-festival Eurosonic Noorderslag. Il-vetrina tal-industrija mużikali Ewropea, dan il-festival jilqa' madwar 300 kantant u eluf ta' professjonisti. Saint Lu, Zaz u Stromae, rebbieħa tal-2011, diġà kkonfermaw li se jkunu hemm.

Il-premju "European Border Breakers" hu ffinanzjat mill-programm Kultura tal-Unjoni Ewropea. Filwaqt li jiċċelebra din is-sena d-disa' edizzjoni tiegħu, hu juri li tassew jeżisti suq mużikali fil-livell Ewropew u jħeġġeġ lill-kantanti żgħażagħ biex ibigħu lilhom infushom barra pajjiżhom.

Il-Programm Kultura tal-Unjoni Ewropea DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli