Mogħdija tan-navigazzjoni

Programm Erasmus għall-edukazzjoni terzjarja - 26/09/2011

Studenti fi klassi jsegwu lezzjoni minn għalliem © iStock/Dr. Heinz Linke

L-UE tista' tgħin il-gvernijiet nazzjonali jtejbu l-kwalità tal-edukazzjoni terzjarja, jagħmlu l-kurrikuli aktar rilevanti għall-ħtiġijiet tas-suq u jagħtu aċċess lil studenti minn varjetà usa' ta' ambjenti soċjali.

L-Ewropa għandha madwar 4,000 università u istituzzjonijiet oħrajn ta' edukazzjoni terzjarja, li wħud minnhom iħabbtuha mal-aqwa fid-dinja. Iżda oħrajn għadhom ma żammewx mal-pass tat-tibdil ekonomiku u soċjali.

Skont tbassir English reċenti sal-2020, 35% tal-impjiegi fl-UE aktarx li se jkun jeħtiġilhom kwalifika f'livell ta' edukazzjoni terzjarja. Iżda llum, huma 26% biss tal-ħaddiema li għandhom diploma, bil-bosta anqas mil-livelli fl-Istati Uniti, fil-Ġappun u fil-Kanada.

Strateġija DeutschEnglishfrançais ġdida għall-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni terzjarja tiddefinixxi eżatt ir-riformi li l-gvernijiet tal-UE jeħtiġilhom li jwettqu biex biżżejjed nies jiggradwaw bil-kapaċitajiet meħtieġa biex ikunu jistgħu jagħtu sehemhom għall-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.

Ir-riformi għandhom jgħinu wkoll liż-żgħażagħ jingħataw edukazzjoni li jixtiequ u jsibu l-aħjar impjiegi adattati għall-kapaċitajiet li jistgħu jirnexxu fihom.

Dawn għandhom l-għan li:

  • jitkabbar l-għadd ta' gradwati għal 40% sal-2020 (il-medja attwali tal-UE hi madwar 34%)
  • jagħmluha possibbli għaż-żgħażagħ minn firxa usa' tas-soċjetà li jattendu l-università u jnaqqsu l-għadd ta' dawk li jħallu l-istudji tagħhom qabel iż-żmien
  • itejbu l-kwalità u r-rilevanza tal-korsijiet universitarji biex dawn jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-individwi u tas-swieq tax-xogħol
  • iħeġġu u jippremjaw l-eċċellenza fit-tagħlim u fir-riċerka
  • jipprovdu aktar opportunitajiet għall-istudenti biex jakkwistaw kapaċitajiet addizzjonali permezz ta' studju jew taħriġ barra pajjiżhom
  • iħarrġu aktar riċerkaturi sabiex l-Ewropa jkollha t-talent meħtieġ biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-ġejjieni
  • isaħħu l-konnessjonijiet bejn l-edukazzjoni, ir-riċerka u n-negozji
  • jiżguraw li l-iffinanzjar hu effiċjenti u li dan jilħaq l-għanijiet tiegħu.

Filwaqt li l-gvernijiet nazzjonali huma responsabbli għall-edukazzjoni, l-UE tista' tagħmel ħafna biex tappoġġa l-modernizzazzjoni tal-programmi tagħhom.

Dan l-appoġġ jinkludi t-twaqqif ta' netwerk mal-UE kollha biex l-universitajiet jiġu klassifikati u li jipprovdi lill-istudenti b'informazzjoni dwar l-aktar post xieraq għall-istudju tagħhom – kull fejn jinsab fl-Ewropa. Skema ġdida għal garanzija fuq self għandha tgħin lill-istudenti jingħataw aċċess għal finanzjament meta jidħlu għall-kors fil-Masters f'pajjiż ieħor tal-UE.

Il-proposti tal-Kummissjoni għall-baġit li jmiss tal-UE bejn l-2014 sal-2020 se jinkludi wkoll żidiet sostanzjali kemm għall-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ (+73%), kif ukoll għar-riċerka (+46%).

Aktar dwar l-edukazzjoni terzjarja fl-Ewropa DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli