Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi jagħlaq 10 snin - 23/09/2011

Tisliba bi ftit minnha mimlija bl-ismijiet ta' diversi lingwi © EU

Festival mużikali, qari ta' poeżiji u konferenza dwar il-vantaġġi tal-lingwi barranin u l-prospettivi tax-xogħol se jiddistingwu l-10 edizzjoni tal-Jum Ewropew tal-Lingwi fis-26 ta' Settembru.

Ta' kull sena, fis-26 ta' Settembru, l-Ewropa tiċċelebra d-diversità lingwistika li tinsab mifruxa mal-kontinent. Mill-2001, il-Jum Ewropew tal-Lingwi enfasizza l-wirt lingwistiku għani tagħna u ħeġġeġ lill-pubbliku biex jitgħallem lingwi ġodda.

It-tema tal-avveniment ta' din is-sena hi kif il-lingwi jistgħu jiftħu orizzonti ġodda u jgħinuk biex issib impjieg.

Avvenimenti speċjali, organizzati mill-uffiċċji lokali tad-dipartiment tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni tal-UE DeutschEnglishfrançais , se jsiru f'kull pajjiż tal-UE:

  • Il-kompetenzi tal-multilingwiżmu għal suċċess professjonali u soċjali fl-Ewropa Englishpolski (konferenza – f'Varsavja, il-Polonja, mit-28 sad-29 ta' Settembru).
  • Lejbil tal-Lingwi Ewropej ċerimonja tal-għoti ta' premjijiet għal proġetti innovattivi fit-tagħlim tal-lingwi (f'Varsavja, fit-28 ta' Settembru).
  • Festival Mużikali tal-Lingwi, parti mill-Olimpijadi Kulturali 2012 (f'Londra, fis-26 ta' Settembru)
  • laqgħa ta' diskussjoni dwar kif il-ħiliet lingwistiċi jistgħu jgħinu lill-immigranti biex jintegraw (f'Berlin, fis-26 ta' Settembru)
  • qari ta' poeżiji b'diversi lingwi minn tradutturi u artisti (Makašāni, Valmiera, Kuldīga u Mežotne, fil-Latvja, mid-19 sat-22 ta' Settembru)
  • kampanja ta' reklutaġġ għal interpreti li jitkellmu bl-Olandiż fl-istituzzjonijiet tal-UE (fi Brussell, f'The Hague, li tibda fis-26 ta' Settembru).

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli