Mogħdija tan-navigazzjoni

L-istudju u t-taħriġ f'pajjiż barrani: dan possibbli! - 22/08/2011

Grupp ta' żgħażagħ jaqbżu fl-arja, b'idejhom 'il fuq © iStock/Christopher Futcher

Is-sena akkademika qed tavviċina u din is-sena wkoll, eluf ta' żgħażagħ se jmorru jistudjaw jew isegwu apprendistat f'pajjiż ieħor tal-UE bis-saħħa tal-programmi Ewropej għall-mobilità Erasmus u Leonardo da Vinċi.

Erasmus u Leonardo da Vinċi huma żewġ inizjattivi ewlenin tal-programm ta' edukazzjoni u ta' taħriġ matul il-ħajja tal-Kummissjoni Ewropea.

Erasmus: l-aktar popolari mal-istudenti

Mit-tnedija tiegħu fl-1987, il-programm ippermetta li 2.5 miljun student Ewropew jistudjaw jew isegwu apprendistat f'pajjiż ieħor minn tliet xhur sa tnax-il xhar. Għas-sena akkademika 2009-2010, dan kellu rekord ġdid ta' 213,000 student parteċipant.

L-istudenti ta' Erasmus jiddeskrivu l-esperjenza bħala waħda li tmur lil hinn minn sempliċi żjara ta' studju, billi din tippermettilhom li jiżviluppaw għarfien Ewropew veru. Huma jakkwistaw ħakma tal-lingwi barranin, kapaċitajiet ta' adattazzjoni u sensibilità interkulturali li huma apprezzati fis-suq tax-xogħol.

4,000 università fi 33 pajjiż tal-Ewropa jipparteċipaw fil-programm. L-istudenti ma jħallsux għall-ispejjeż tar-reġistrazzjoni fl-istabbiliment li jilqagħhom u jirċievu medja ta' 254 ewro fix-xahar bħala borża ta' studju. Meta jirritornaw lura, huma jibbenefikaw bi sħiħ mit-tagħlim li jkunu segwew fil-post.

Erasmus joffri wkoll il-possibbiltà li wieħed isegwi apprendistat f'intrapriża barranija. F'2009, fost l-213,000 student ta' Erasmus, 35,5000 għamlu din l-għażla. Barra dan, saru 38,000 skambju ta' għalliema u ta' staff tal-universitajiet. Fl-aħħar nett, mill-2004, 23,000 student minn partijiet oħra tad-dinja setgħu jiġu jistudjaw fl-Ewropa bis-saħħa ta' Erasmus Mundus DeutschEnglishfrançais .

Leonardo da Vinci: direzzjoni lejn it-taħriġ professjonali

Leonardo jindirizza lill-persuni li jixtiequ jsegwu taħriġ professjonali barra pajjiżhom: apprendisti, gradwati, għalliema tas-snajja' u għalliema. Matul il-15-il sena li ilu jeżisti, il-programm ta 710,000 borża ta' studju.

Riċerkaturi, inġiniera, ħaddiema soċjali, mekkaniks jew furnara setgħu b'dan il-mod imorru f'pajjiż Ewropew ieħor biex japprofondixxu u jiskambjaw it-tagħrif u l-mod kif jaħdmu.

Il-programm jagħti lill-parteċipanti assi professjonali u personali li jagħmluhom aktar kompetittivi fis-suq tax-xogħol Ewropew. Fl-2010, 92,000 persuna ppruvaw din l-avventura.

Aktar tagħrif dwar il-programm Erasmus DeutschEnglishfrançais
Aktar tagħrif dwar il-programm Leonardo da Vinci DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli