Mogħdija tan-navigazzjoni

Festa ta' avvenimenti - 01/08/2011

Udejnza tisma' żewġ kitarristi fuq il-palk © EU

Mill-mużika klassika u moderna, għat-teatru, il-fotografija u l-puppazzi - is-sajf fl-Ewropa huwa staġun tal-festivals, ċans biex ingawdu uħud mill-ifjen offerti kulturali tal-kontinent.

F'Awwissu Torroella de Montgri se tiċċelebra t-tradizzjoni musikali rikka tal-Katalonja. Din il-belt Spanjola torganizzakunċerti klassiċi Englishespañol matul ix-xahar kollu.

Fi Spanja stess, żur il-festival tal-arti u l-kultura Englishespañolfrançais ta' Santander, b'taħlita ta' wirjiet tradizzjonali u avant-garde. Santander tospita mużika, żfin, teatru u reċitazzjonijiet tul ix-xahar ta' Awwissu.

Vjenna hija belt oħra għal dawk li jħobbu l-festivals, fejn jinżamm l-ikbar festival Ewropew taż-żfin kontemporanju DeutschEnglish li jibqa' sejjer sal-14 ta' Awwissu.

Sadanittant, il-kapitali tas-Slovenja Ljubljana tippreżenta programm varjat ta' mużika internazzjonali Englishslovenščina , żfin, teatru tat-triq u wirjiet tal-arti għal xahrejn sas-7 ta' Settembru. Lejl minnhom tista' tmur kunċert ta' Liszt u ftit jiem wara tista' tara l-musical rock Hair.

Fil-Belġju, għandek il-festival tal-mużika klassika français ta' Wallonia, f'għadd ta' bliet tal-provinċja, li jkompli sas-16 ta' Ottubru.

Dawk li jħobbu l-fotografija għandhom iċ-ċans iżuru l-festival annwali tal-fotografija Englishfrançais f'Arles fi Franza, fejn hemm wirja ta' eluf ta' ritratti, Awwissu kollu u sat-18 ta' Settembru.

Jekk qed tfittex intratteniment iktar intellettwali, ipprova l-festival tal-filosofia italiano ta' Modena. Ħassieba internazzjonali minn madwar id-dinja jiltaqgħu u jikkonfrontaw lil xulxin f'din il-belt Taljana, f'madwar 200 avveniment mis-16 sat-18 ta' Settembru.

Il-pupazzi huma l-protagonisti ewlenin tal-Festival annwali ta' Charleville Mézières fi Franza, il-Festival Mondial des Theatre de Marionnettes français , mis-16 sal-25 ta' Settembru.

Il-kapitali kulturali

Tajjeb tinkuludi Tallinn (l-Estonja) u Turku (il-Finlandja) fiż-żjarat tiegħek, billi it-tnejn huma kapitali Ewropej tal-kultura DeutschEnglishfrançais din is-sena bi skeda mimlija avvenimenti.

Tallinn qed tikkonċentra fuq il-wirt medjevali u l-passat marittimu tagħha, waqt li l-programm ta' Turku jiffoka fuq l-importanza tal-kultura għall-benessi tal-ambjent.

L-appoġġ għall-kultura

Dawn huma biss uħud mill-festivals u l-avvenimenti kulturali madwar l-Ewropa. Ħafna minnhom huma megħjuna finanzjarjament mill-programmi tal-kultura u l-midja tal-UE, li jgħinu fil-promozzjoni tad-djalogu interkulturali u jinkoraġġixxu ċ-ċaqliq ta' artisti u xogħolijiet tal-arti madwar l-Ewropa.

Sib iktar avvenimenti fl-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Festivals Englishfrançais
Iktra dwar il-programmi tal-kultura u tal-wirt tal-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli