Mogħdija tan-navigazzjoni

Għanijiet biex titjieb l-edukazzjoni - 19/04/2011

Student fi klassi © iStockphoto.com/lisegagne

L-UE laħqet biss waħda mill-ħames miri fil-qasam tal-edukazzjoni li stabbilixxiet fl-2003. Iżda l-miri tagħha għall-2020 jistgħu jintlaħqu, jiżvela r-rapport.

L-UE għelbet faċilment il-mira li żżid bi 15% l-għadd ta' gradwati fil-matematika, ix-xjenza u t-teknoloġija sal-2010. Iżda minkejja xi progress, għadu ma sarx biżżejjed biex it-tfal ma jabbandunawx l-iskola kmieni, biex jittejbu l-ħiliet tal-qari tagħhom u biex tiżdied il-parteċipazzjoni fl-iskola sekondarja għolja u fl-edukazzjoni tal-adulti.

Ir-rapport DeutschEnglishfrançais tal-lum juri li l-pajjiżi tal-UE jistgħu jilħqu s-sett ta' miri riveduti miftiehma fl-2009 għall-2020 jekk jinvestu l-flus u jiffukaw fuq ir-riforma tal-edukazzjoni.

Tnejn minn dawn iż-żewġ valuri referenzjali huma miri ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi - jiġifieri jinsabu fuq nett tal-aġenda tal-UE.

Il-miri għall-edukazzjoni fl-2020 - progress li sar s'issa:

  • tnaqqis fir-rata ta' dawk li jħallu l-iskola kmieni għal anqas minn 10% - mill-2003, l-għadd ta' żgħażagħ li abbandunaw l-iskola fis-sekondarja naqas għal madwar 14%
  • żieda fl-għadd ta' persuni bejn 30 u 34 sena b'edukazzjoni terzjarja għal 40% - il-medja tal-UE żdiedet bi kważi 10 punti perċentwali għal 32.3% bejn l-2000 u l-2009
  • 95% tat-tfal għandhom jipparteċipaw fl-edukazzjoni qabel jiddaħħlu fil-primarja - ir-rata bħalissa hi ta' 92.3% Għalkemm disa' pajjiżi tal-UE diġà jilħqu din il-mira u ħafna oħrajn jinsabu mexjin lejn din iċ-ċifra, ftit minnhom baqgħu lura
  • progress fil-ħiliet tal-qari, il-matematika u x-xjenza fost iż-żgħażagħ ta' 15-il sena - inqas minn 15% tal-istudenti għandu jkollhom livell insuffiċjenti f'dawn il-ħiliet importanti sal-2020. Illum, madwar 20% tal-istudenti m'għandhomx ħiliet adegwati fil-qari
  • żieda fl-għadd ta' adulti fit-tagħlim tul il-ħajja għal 15% - l-għadd ta' persuni li jipparteċipaw f'dawn il-programmi naqas xi ftit, biex bħalissa r-rata hi inqas minn 10% fi 17-il pajjiż tal-UE

L-UE diġà ħadet azzjoni biex tgħin lill-pajjiżi membri jilħqu l-miri. Fl-2010 nediet Żgħażagħ Attivi English , inizjattiva li timmodernizza s-sistemi tal-edukazzjoni, tippromwovi l-mobilità tal-istudenti u tindirizza l-qagħad fost iż-żgħażagħ. Kmieni din is-sena nediet pjanijiet separati biex tiġġieled kontra t-tluq bikri mill-iskola u biex tippromwovi l-edukazzjoni li tingħata qabel il-primarja.

Aktar dwar l-edukazzjoni fl-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli