Mogħdija tan-navigazzjoni

Niċċelebraw arkitettura ġdida fl-Ewropa - 18/04/2011

Il-mużew Neues ta' Berlin hu r-rebbieħ tal-premju Mies van der Rohe 2011 għall-arkitettura kontemporanja.

L-għoti ta' ħajja ġdida lill-bini tas-seklu 19 fil-belt kapitali Ġermaniża minn Sir David Chipperfield kien deskritt mill-president tal-bord tal-ġurija bħala "suċċess straordinarju". L-arkitett Brittaniku u t-tim tiegħu għaqdu flimkien karatteristiċi ġodda u eżistenti biex irrestawraw u taw mill-ġdid is-sbuħija lis-sit li ġarrab ħsara fil-gwerra. Hu se jirċievi €60,000 waqt ċeremonja għall-għoti tal-premjijiet f'Barċellona fl-20 ta' Ġunju.

Il-premju tal-UE għall-arkitettura kontemporanja li jingħata kull sentejn - magħruf ukoll bħala l-premju Mies van der Rohe - tnieda fl-1987 biex tkun iċċelebrata l-eċċellenza u biex ikun inkuraġġut talent li probabbilment se jkun ta' suċċess fil-ġejjieni. Jista' jiġi nominat kull bini li għandu anqas minn sentejn li jikkontribwixxi għal ħajja f'belt, minn dar privata sa proġett ta' infrastruttura fuq skala kbira.

Il-mużew Neues English kien wieħed fost 342 xogħol minn 33 pajjiż fl-Ewropa li tressqu minn professjonisti fil-qasam. Il-ħames finalisti l-oħra kienu t-teatru Bronks taż-żgħażagħ (Brussell); il-Mużew tal-arti tas-seklu XXI (Ruma); id-Dar għall-Kunċerti tar-radju Daniż (Kopenħagen) il-mużew tal-Akropolis (Ateni) u ċ-ċentru ta' Riabilitazzjoni Groot Klimmendaal fl-Olanda.

Casa Collage English , proġett ta' bini tad-djar f'Girona, fi Spanja rebaħ il-premju "b'aċċenn speċjali għall-arkitetti emerġenti". Il-kollaboraturi Ramon Bosch u Bet Capdeferro se jingħataw €20,000 għal kreazzjoni tagħhom.

Rebbieħa tal-passat tal-premju jinkludu l-ajruport ta' Stansted fir-Renju Unit fl-1990 u l-Opera u l-Ballet Nazzjonali Norveġjan fl-2009.

L-arkitettura tagħti kontribuzzjoni importanti lill-industriji kulturali u kreattivi, li jimpjegaw 8.5 miljun persuna fl-UE u li jikkontribwixxu 4.5% għal prodott gross domestiku Ewropew. Il-Programm tal-UE għall-Kultura - b'baġit totali ta' €400m għall-2007-13 - jappoġġa proġetti kollaborattivi fil-qasam tal-arkitettura u l-wirt kulturali.

Aktar dwar il-premju tal-UE għall-arkitettura DeutschEnglishfrançais

Il-programm tal-UE għall-Kultura DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli