Mogħdija tan-navigazzjoni

Vantaġġ għall-iskola - 22/02/2011

Tifel fuq bajja jifforma ċirku bi stilel tal-baħar sofor biex jifforma l-istilel ta' fuq il-bandiera tal-UE © EU

Pjanijiet biex it-tfal li jkunu għadhom ma bdewx l-iskola fl-UE jingħatalhom aċċess għal edukazzjoni u kura bikrija ta' kwalità.

L-edukazzjoni u l-kura għal dawk li jkunu għadhom ma bdewx jattendu l-iskola jvarjaw fil-kwantità u l-kwalità madwar l-Ewropa. Bi tweġiba għal sejħa mill-gvernijiet tal-UE għal gwida u appoġġ, il-kummissjoni qed tipproponi xi miżuri komuni dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija għat-tfal.

Il-pajjiżi tal-UE se jaħdmu id f'id biex:

  • jipprovdu aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità għat-tfal li jkunu għadhom ma bdewx l-iskola - li mistennija tkun ta' benefiċċju partikolari għat-tfal fqar, b'diżabbiltà u migranti, u dawk minn gruppi esklużi mis-soċjetà, bħar-Roma.
  • jintegraw l-edukazzjoni mal-kura
  • jippromwovu l-bilanċ adegwat ta' ħiliet akkademiċi u soċjali adatti għal dawn l-etajiet
  • jiżguraw li l-persunal ikollu l-kwalifiki, is-salarji u l-kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa
  • jiżviluppaw standards komuni għall-monitoraġġ tal-progress

Biex titħeġġeġ il-kooperazzjoni l-UE se tgħin lill-pajjiżi membri jagħmlu użu iktar effettiv mill-fondi u r-riċerka disponibbli.

S'issa, l-UE ffukat fuq li żżid il-kwantità ta' ċentri għall-kura tat-tfal biex tippermetti lill-ġenituri, speċjalment lill-ommijiet, jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol.

L-istrateġija l-ġdida timmira direttament il-bżonnijiet tat-tfal li jkunu għadhom ma bdewx l-iskola - ġeneralment it-tfal tħat l-età ta' ħames jew sitt snin. Studji juru li l-investiment fl-edukazzjoni bikrija hu kruċjali - jgħin lit-tfal żvantaġġati, itejjeb l-integrazzjoni soċjali u jnaqqas ir-rata tat-tfal li jabbandunaw l-iskola kmieni.

Edukazzjoni bikrija ta' kwalità għat-tfal kollha se tgħin ukoll lill-UE tikseb l-għanijiet tagħha li tnaqqas l-għadd ta' tfal li jabandunnaw l-iskola għal inqas minn 10% u teħles tal-anqas 20 miljun persuna mir-riskju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Fl-2009, l-UE stabbilixxiet mira: li ttejjeb l-edukazzjoni u l-kura għal tal-anqas 95% tat-tfal minn erba' snin 'il fuq matul il-perjodu qabel l-edukazzjoni obbligatorja. Bħalissa, il-medja tal-UE hi 92.3% b'għadd sinifikanti ta' pajjiżi li baqgħu lura.

Il-ministri tal-edukazzjoni tal-UE se jiddiskutu l-proposti f'Mejju. Il-ħidma biex il-pajjiżi kollha jiġu megħjuna jilħqu l-mira mistennija tibda fil-ħarifa 2011.

Aktar tagħrif dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal DeutschEnglish

Aktar tagħrif dwar l-edukazzjoni fl-UE Englishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli