Mogħdija tan-navigazzjoni

Festa tal-kultura li turi l-aħjar fl-Ewropa - 18/02/2011

Mużiċisti klassiċi fuq il-palk © EU

Konferenza fi Brussell dwar il-kultura u l-iskambju artistiku ppreżentat eżempji ta' proġetti finanzjati mill-UE li jwasslu l-arti lill-pubbliku usa'.

"Qabel ma l-Ewropa ssir alleanza militari jew entità ekonomika, din għandha tkun komunità kulturali..."

Madwar 50 sena wara li Robert Schumann missier l-UE lissen dawn il-kelmiet, il-Kummissjoni Ewropea qed tipprova tagħmilhom realtà. Fl-2011 il-konferenza Kultura Dinamika English laqqgħet flimkien 600 parteċipant mill-Ewropa kollha biex jiddiskutu l-finanzjament korrenti u ġejjieni tal-UE għall-arti.

L-UE se tkun qed tonfoq €400m bejn l-2007-13 biex tgħin mijiet ta' organizzazzjonijiet kulturali u eluf ta' artisti. Hi tgħin ukoll biex xogħolhom jiċċirkola, biex tintroduċi lill-Ewropej għall-varjetà usa' ta' arti mill-kontinent kollu.

Il-proġetti finanzjati mill-UE fil-konferenza jinkludu:

Stampa 2020 - arti u tibdil fil-klima - jiffinanzja artisti li jittrattaw it-tibdil tal-klima f'xogħolhom. Immexxi mill-assoċjazzjonijiet tal-arti fil-Ġermanja, Franza, ir-Renju Unit, l-Olanda, il-Portugall, il-Latvja, is-Slovenja u l-Kroazja.

Festival d'art lyrique d'Aix-en-Provence - festival annwali tal-opra u l-mużika, li ngħata għotja għal kompożizzjonijiet u produzzjonijiet ġodda.

In-netwerk Ewropew tal-arti tal-midja - immexxi minn istituzzjonijiet fil-Ġermanja, ir-Renju Unit, l-Olanda u l-Bulgarija - ta' għajnuna lil 16-il artist żgħażagħ jipproduċu film sperimentali, xogħol ta' ħoss u bil-kompjuter. Wirja reċenti li turi xogħolhom attirat 11,000 viżitatur.

Il-forum urban ta' Diversidad - Mużika bejn il-fruntieri - ilaqqa' flimkien organizzazzjonijiet mill-Belġju, l-Italja, l-Olanda, l-Awstrija, Spanja, u Franza biex jiffokaw fuq l-arti urbana. Festival hip hop ta' erbat ijiem fl-2009 attira 60,000 persuna. Dan il-proġett ipproduċa album kollaborattiv ta' mużika hip hop u qiegħed issa jaħdem fuq pjattaforma diġitali għall-mużika, dawra madwar l-arti urbana u wirja ta' graffiti.

Ta' kull sena l-UE tiffinanzja wkoll t-traduzzjoni ta' mijiet ta' kotba minn awturi Ewropej f'lingwi oħrajn. L-għotjiet jappoġġaw ukoll il-festivalijiet u l-għoti ta' premjijiet għall-arkitettura kontemporanja DeutschEnglishfrançais , il-wirt kulturali DeutschEnglishfrançais , il-letteratura DeutschEnglishfrançais , il-mużika pop DeutschEnglishfrançais u l-kapitali Ewropej tal-Kultura DeutschEnglishfrançais .

Is-setturi kulturali u kreattivi Ewropej jirrappreżentaw madwar 3% tal-ekonomija tal-UE.

Programm tal-UE dwar il-kultura 2007-13 DeutschEnglishfrançais

Il-proġetti murija waqt il-konferenza English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli