Mogħdija tan-navigazzjoni

Silenzju! Qed niffilmjaw! - 11/02/2011

Film bil-kulur tal-UE © UE

Mill-10 sal-20 ta' Frar, tnejn u għoxrin film kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea se jintwerew fil-festival taċ-ċinema ta' Berlin. F'din l-okkażjoni l-Kummissjoni se tippreżenta l-programm il-ġdid tagħha MEDIA Mundus.

Liema huma l-punti komuni bejn "La Môme", "Slumdog Millionaire" u "Les Faussaires"? Dawn it-tliet films Ewropej kellhom suċċess kbir, ġew eżaltati fl-Oscars... u bbenefikaw minn finanzjament tal-UE.

L-Unjoni tipprovdi għajnuna kbira liċ-ċinema Ewropea: 755 miljun ewro fuq il-perjodu 2007-2013, permezz tal-programm MEDIA Englishfrançais . Issa tixtieq testendi l-appoġġ tagħha lil hinn mill-fruntieri tal-Ewropa, bis-saħħa ta' programm ġdid, MEDIA Mundus DeutschEnglishfrançais, maħsub biex iħeġġeġ il-kooperazzjoni awdjoviżiva fil-livell internazzjonali.

B'baġit ta' 15-il miljun ewro fuq tliet snin, MEDIA Mundus irid jiftaħ is-swieq internazzjonali għaċ-ċinema Ewropew, waqt li jtejjeb id-distribuzzjoni u t-tixrid tax-xogħolijiet Ewropej fid-dinja, kif ukoll il-films barranin fl-Ewropa. L-ambizzjoni tiegħu hu li fl-istess ħin iwessa' l-għażla tal-ispettaturi, jippromwovi d-diversità kulturali u jkabbar il-kompetittività tal-industrija awdjoviżiva Ewropea.

Il-programm Ewropew il-ġdid jixtieq ukoll jgħin lill-professjonisti, fl-UE u fil-bqija tad-dinja, biex japprofittaw ruħhom mill-possibbiltajiet offruti mill-innovazzjonijiet teknoloġiċi bħaċ-ċinema diġitali, il-filmati fuq talba (video on demand) u t-televiżjoni permezz tal-internet, li jistimolaw id-domanda għall-kontenut awdjoviżiv.

MEDIA Mundus biħsiebu jiffinanzja proġetti li jiffavorixxu l-iżvilupp ta' netwerks internazzjonali ta' professjonisti. L-ewwel għażla ta' 34 proġett ġiet ippreżentata fil-Berlinale English mill-kummissarju Ewropew responsabbli għall-edukazzjoni u l-kultura.

Fost il-proġetti magħżulin insibu PUENTES, li jorganizza gruppi ta' ħidma bejn il-produtturi mill-Ewropa u mill-Amerika t'Isfel, u l-proġett TAP, li jipproponi taħriġ għall-produtturi Ewropej, Kanadiżi u Amerikani ta' films indipendenti.

Kull proġett magħżul irċieva bejn 14,000 u miljun ewro. Sejħa għall-proposti ġdida se titnieda fit-tieni semestru tal-2011.

Aktar tagħrif dwar il-programmi MEDIA Englishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli