Mogħdija tan-navigazzjoni

Inżommu t-tfal l-iskola - 02/02/2011

Dellijiet ta' studenti bil-basktijiet © iStock

Aċċess aħjar għal edukazzjoni fil-bidu tat-tfulija, għajnuna lil tfal li jfallu l-iskola u lil dawk b'riżultati baxxi, u skejjel li jagħtu "ċans ieħor" għandhom inaqqsu r-rata ta' dawk li jħallu l-iskola fl-UE għal anqas minn 10% sal-2010.

Illum, madwar sitt miljun żagħżugħ/a jħallu l-iskola ta' kull sena - madwar 14% tat-tfal kollha tal-iskola. Dawn aktarx għandhom aktar ċans li jispiċċaw bla xogħol, fqar jew inkella marġinalizzati.

Dawk li jħallu l-iskola kmieni huma b'mod wiesa' definiti bħala dawk bl-età ta' 18 sa 24 sena li ħallew l-iskola b'livell ta' edukazzjoni sekondarja baxx jew anqas minn hekk.

Lil hinn mill-ispejjeż għall-individwi, it-tluq bikri mill-iskola jfixkel it-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività: l-ekonomiji moderni b'teknoloġija għolja jinħtiġilhom ħaddiema tas-sengħa, u l-probabilità li dawk li jħallu l-iskola jitolbu sabiex jingħatawlhom benefiċċji soċjali hi akbar, biex b'hekk tinħoloq pressjoni fuq ir-riżorsi tal-istat.

Il-pjan tal-UE biex tiġi trattata l-problema tat-tluq bikri mill-iskola għandu l-għan li titnaqqas ir-rata ta' dawk li jħallu l-iskola għal taħt l-10% sal-2020. Dan iħeġġeġ lill-istati membri biex ifasslu politiki ħalli jkopru ċ-ċiklu kollu tal-edukazzjoni - billi jneħħu dak li jikkawża t-tluq bikri mill-iskola, jittrattaw problemi li jitfaċċaw mingħajr tidwir u jagħtu ċans ieħor lil żgħażagħ li jindunaw u li jiddispjaċihom mid-deċiżjoni tagħhom. Il-pjan jiffoka fuq tliet oqsma:

  • prevenzjoni
    Għandu jittejjeb l-aċċess indaqs għal edukazzjoni ta' kwalità għolja kmieni fit-tfulija. Għandhom jiġu introdotti miżuri li jiżguraw li t-tfal kollha jkunu jistgħu jieħdu sehem fil-klassi, bħall-għajnuna fil-lingwi lil tfal ta' immigranti.
  • intervent
    Is-sinjali ta' twissija bħall-iskartar mill-iskola jew prestazzjoni fqira għandu jingħatalhom appoġġ minn tuturi jew konsulenti esperti, u l-kooperazzjoni mal-ġenituri għandha tissaħħaħ.
  • kumpens
    L-istudenti li jħallu l-iskola għandu jingħatalhom aktar tard f'ħajjithom iċ-ċans li jakkwistaw il-kwalifiki li tilfu. L-iskejjel li jagħtu "ċans ieħor" għandhom joffru kemm klassijiet iżgħar kif ukoll metodi ta' tagħlim aktar personalizzati u flessibbli meta mqabbla mal-iskejjel fis-sistema normali tal-edukazzjoni.

It-tnaqqis tal-għadd ta' żgħażagħ li jħallu l-edukazzjoni kmieni hi waħda mill-ħames miri ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 biex jiżdied it-tkabbir u jinħolqu l-impjiegi.

Il-Kummissjoni waqqfet ukoll grupp ta' livell għoli dwar il-letteriżmu English . It-tim ta' 11-il speċjalista għandu jeżamina l-kawżi li jwasslu għal-livell baxx fil-kapaċitajiet tal-qari u tal-kitba u jippreżenta proposti ta' politika fl-2012 biex tiġi miġġielda l-problema.

Aktar dwar l-edukazzjoni fl-UE DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli