Għodod għall-aċċessibilità
Għodod tas-servizz
Selettur tal-lingwa
Mogħdija tan-navigazzjoni

Uħud mill-gruppi mużikali Ewropej li għandhom l-iktar potenzjal jieħdu r-rikonoxximent li jistħoqilhom permezz tal-European Border Breaker Awards
Il-European Border Breaker Awards
għandhom l-għan li juri d-diversità mużikali Ewropea u jiċċelebraw gruppi jew kantanti li għandhom ammiraturi barra minn pajjiżhom.
Ir-rebbieħa jintgħażlu fuq il-bażi taċ-ċifri tal-bejgħ u kemm il-mużika tagħhom tindaqq fuq ir-radju f'pajjiżhom u barra minnu, il-qawwa tal-esibizzjoni 'live' tagħhom u l-popolarità tagħhom f'festivals mużikali madwar l-Ewropa. Din is-sena gruppi jew kantanti ta' mużika pop, rock u dance mill-Ġermanja, id-Danimarka, Franza, in-Norveġja, ir-Romanija, l-Awstrija, l-Ingilterra, l-Isvezja, l-Olanda u l-Belġju kollha ħadu premijiet f'pajjiżhom.
The British entry was eclectic Brit award nominees Mumford and Sons. With their original sound and compelling live shows, the band has garnered a growing following since forming in 2007.
Il-grupp Baseballs, ibbażat fil-Ġermanja rebaħ il-premju speċjali tal-għażla tal-pubbliku, ibbażat fuq votazzjoni mill-ammiraturi madwar l-Ewropa, għall-verżjoni tad-diska famuża 'Chasing Cars' tal-grupp Snow Patrol.
Iċ-ċerimonja, fit-12 ta' Jannar, nediet l-ikbar laqgħa tal-industrija tal-mużika live tas-sena - il-Festival Eurosonic Noorderslag fl-Olanda, ippreżentata mill-mużiċista u personalità tat-TV popolari Jools Holland.
Diversi rebbieħa daqqew 'live' fl-avveniment. Kien hemm ukoll Katie Melua - rebbieħa preċedenti li issa hija artista stabbilita. Ismijiet oħra magħrufa, bħal the Fratellis, Damien Rice u The Thrills, irċevew ukoll premijiet Border Breaker.
L-UE tikkontribwixxi fondi għall-European Border Breaker Awards permezz tal-Programm Kulturali tagħha ![]()
![]()
.