Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi 2010: Il-lingwi għan-negozju - 24/09/2010

Ittri © iStockphoto.com/chieferu

B'għadd kbir ta' avvenimenti marbuta mal-lingwi li se jsiru fis-26 ta' Settembru jew fil-jiem viċin, it-temi prinċipali għall-Jum Ewropew tal-Lingwi ta' din is sena huma n-negozju u l-impjiegi.

Il-lingwi huma utli għan-negozju. Dan huwa l-messaġġ prinċipali tal-Jum tal-Lingwi ta' din is-sena. Persunal b'kapaċitajiet għolja fil-lingwi huma ta' valur kbir għal min iħaddem - jagħmluha iktar faċli li jbigħu lill-pajjiżi oħra. U jekk dawk li qed ifittxu x-xogħol jitgħallmu lingwa barranija jtejbu l-prospetti ta' impjieg tagħhom.

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi jippromwovi t-tagħlim tal-lingwi f'kull età. Iżda l-idea hija wkoll biex jiżdied l-għarfien dwar l-għadd kbir ta' lingwi mitkellma fl-Ewropa u biex tiġi ċċelebrata l-lingwa f'kull forma tagħha.

Din is-sena, l-avvenimenti prinċipali English fi Brussell se jsiru fit-23 u l-24 ta' Settembru. Barra minn hekk, kull pajjiż tal-UE qed jospita avvenimenti fis-26 ta' Settembru jew fil-jiem viċin - konferenzi dwar il-multilingwiżmu, it-traduzzjoni u l-interpretazzjoni; programmi fuq ir-radju; kompetizzjonijiet u kwiżżijiet dwar il-lingwa onlajn; reċiti ta' poeżiji u rakkuntar ta' stejjer; film bil-lingwa oriġinali; fieri tal-lingwa; klassijiet fejn jipprovaw il-lingwi u gruppi ta' ħidma.

Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja lil fiorella.perotto@ec.europa.eu u kkonsulta is-siti li ġejjin:

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli