Mogħdija tan-navigazzjoni

It-tnedija ta' Żgħażagħ Attivi - 15/09/2010

Logo ta' Żgħażagħ Attivi © EU

Inizjattiva tal-UE li għandha l-għan li ġġedded is-sistemi edukattivi, tippromwovi l-mobbiltà fost l-istudenti u tindirizza l-qgħad fost iż-żgħażagħ.

L-għan hu li ż-żgħażagħ ikunu fil-qofol tal-mobbiltà edukattiva u ta' tagħlim, biex żgur jirċievi l-għarfien, il-kapaċitajiet u l-esperjenzi li għandhom bżonn biex isibu l-ewwel impieg tagħhom.

Żgħażagħ Attivi huwa wieħed mis-seba' proġetti ewlenin ta' Ewropa 2020 DeutschEnglishfrançais, il-pjan ġdid tal-UE biex tagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku u l-impiegi, bil-mira tar-rata ta' 75% f'impieg sal-aħħar tad-deċennju.

"Nixtiequ nnaqqsu l-għadd ta' studenti li jieqfu mill-iskola kmieni u nżidu l-għadd ta' żgħażagħ fl-edukazzjoni terzjarja sabiex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom," qalet Androulla Vassiliou, il-kummissarju għall-edukazzjoni.

L-edukazzjoni relevanti se tgħin ittejjeb il-possibiltajiet ta' impieg fost dawk li għadhom jibdew fis-suq tax-xogħol. Bħalissa, ħames miljun żagħżugħ/a qed ifittxu xogħol.

Il-programm, li fih 28 punt, jinkludi l-promozzjoni tat-tagħlim mhux formali, l-intraprenditorija u ż-żieda tal-għarfien dwar l-opportunitajiet għall-istudju barra mill-pajjiż. Se jsaħħaħ ukoll il-ħajra biex wieħed jistudja fl-Ewropa billi jippromovi serje ta' universitajiet ta' kalibru għoli.

Faċilità ta' mikrofinanza se tipprovdi appoġġ biex tgħin liż-żgħażagħ intraprendituri jiżviluppaw in-negozju tagħhom.

Bħala parti mill-istrateġija, l-UE qed tinkoraġġixxi lill-pajjiżi membri biex jadottaw "skem ta' garanziji għaż-żgħażagħ". L-iskema se tiżgura li ż-żgħażagħ ikunu offruti impieg, iktar taħriġ jew esperjenza ta' xogħol fi żmien sitt xhur minn meta jispiċċaw l-iskola.

Se jkun hemm ukoll sit web 'Żgħażagħ Attivi' apposta għal dawk interessati li jistudjaw jew isibu esperjenza ta' xogħol barra minn pajjiżhom, u passaport ta' ħiliet Ewropej ġdid biex jintuża madwar l-UE kollha. Il-Kummissarju Vaissiliou se tipparteċipa f'dibattitu onlajn fuq 'Żgħażagħ Attivi' fit-15:00 CET il-Ġimgħa 17 ta' Settembru. Jisgħtu jintbgħatu mistoqsijiet bil-quddiem b'kull lingwa tal-UE fuq: EAC-YOM@ec.europa.eu.

Id-DĠ għall-Edukazzjoni u l-Kultura DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli