Mogħdija tan-navigazzjoni

Il-logo tal-Juvenes Translatores © UE

Żmien ta' reġistrazzjoni għall-edizzjoni 2010 tal-konkors għat-tradutturi żgħażagħ tal-UE

Il-konkors, magħruf bħala ‘Juvenes Translatores', Tradutturi Żgħażagħ bil-Latin, huwa miftuħ għall-istrudenti ta' kwalunkwe nazzjonalità mwielda fl-1993 u li attwalment jattendu skola fl-UE. L-istudenti jikkompetu billi jittraduċu testi minn ilsien uffiċjali tal-UE għal ieħor.

Il-konkors se jsir fit-23 ta' Novembru. L-istudenti jkollhom sagħtejn biex jittraduċu t-test. Ir-rebbieħa jiġu ċċelebrati f'ċerimonja ta' premjazzjoni li ssir fi Brussell fir-Rebbiegħa 2011. Waqt iċ-ċerimonja tattendi l-Kummissarju tal-multilingwiżmu Androulla Vassiliou.

L-iskejjel sekondarji tal-UE li jixtiequ jippreżentaw xi studenti għall-konkors għandhom japplikaw mhux aktar tard mill-20 ta' Ottubru.

Il-konkors - li jitmexxa mill-Kummissjoni - għandu l-għan li jippromwovi l-użu tal-ilsna barranin u s-sengħa tat-traduzzjoni. Jikkomplimenta wkoll il-Jum Ewropew tal-Lingwi English fis-26 ta' Settembru.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli