Mogħdija tan-navigazzjoni

Istanbul tiċċelebra l-premijiet Ewropej tal-patrimonju kulturali - 11/06/2010

Midalja tal-premju Ewropew tal-patrimonju kulturali li turi monument storiku © EU

Il-proġetti ta' restawr tal-Collège des Bernardins ta' Pariġi u tal-mużew Neues ta' Berlin huma fost ir-rebbieħa ċelebri tal-premjijiet Ewropej tal-partimonju kulturali tal-2010.

Dawn il-premjijiet huma tassew "Oskars" tal-protezzjoni tal-patrimonju li jippremjaw l-aħjar inizjattivi li jagħtu importanza u li jissalvagwardjaw il-monumenti, il-pajsaġġi u l-opri ta' arti.

Din is-sena, iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet saret fil-knisja sabiħa ta' Santa Irene f'Istanbul. Minn 140 proġett elenkat, li joriġinaw minn 26 pajjiż, 29 ġew ippremjati u sitta minnhom ingħataw il-premju ewlieni tal-ġurija, flimkien ma' ċekk ta' 10,000 euro.

Il-proġett ta' restawr tal-Collège des Bernardins f'Pariġi hu wieħed minn dawn ir-rebbieħa: mitluq għal aktar minn mitejn sena, ix-xogħlijiet ta' restawr li sarulu reġgħu tawh id-dehra glorjuża tiegħu tas-seklu 13.

Il-premjijiet Ewropej tal-partimonju kulturali ilhom jiġu organizzati mill-2002 permezz tal-programm DeutschEnglishfrançais tal-Kummissjoni Ewropea ddedikat għad-diversità kulturali u tal-federazzjoni Europa Nostra Englishfrançais , li tirrappreżenta aktar minn 400 organizzazzjoni impenjati fid-difiża tal-partimonju kulturali u tal-pajsaġġi fl-Ewropa.

Dawn huma mifruxin fuq erba' oqsma: il-konservazzjoni, ir-riċerka, l-edukazzjoni u l-kontribuzzjoni eċċezzjonali ta' individwu jew ta' grupp. Ir-reġista Daniż Nils Vest irċieva għalhekk premju mill-ġurija għad-dokumentarji tiegħu dwar ir-rikkezza tal-arkitettura Ewropea.

" Dawn l-isforzi, apparti li joħolqu l-impjiegi, kollha jikkontribwixxu biex jagħmlu lill-Ewropa post li hu tajjeb li wieħed jgħix fih, jattiraw lit-turisti u jipparteċipaw fl-iżvilupp sostenibbli," iddikjarat Androulla Vassiliou, il-Kummissarju responsabbli għall-kultura. Dan hu l-każ pereżempju tat-teatru Ruman ta' Kartaġena, fi Spanja, li mar-restawr tiegħu ġie kompletament integrat fil-belt u stagħna b'mużew li għandu għal wiri l-oġġetti skoperti waqt l-iskavi.

L-edizzjoni 2011 tal-kompetizzjoni Englishfrançais diġà nbdiet: il-kandidaturi jistgħu jintbagħtu sal-1 ta' Ottubru 2010.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli