Mogħdija tan-navigazzjoni

Wiċċ ġdid għall-edukazzjoni vokazzjonali - 09/06/2010

Disinjatur grafiku quddiem kompjuter

Il-Kummissjoni tixtieq tespandi u taġġorna l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

Illum il-Kummissjoni ppreżentat pjan DeutschEnglishfrançais biex tiġbed iktar studenti fl-Ewropa lejn l-edukazzjoni vokazzjonali u biex titjieb il-kwalità tat-taħriġ provdut.

Il-pajn se jiġi diskuss mill-ministri Ewropej meta jiltaqgħu ma' min iħaddem u t-trejdjunjins f'Diċembru biex jistabbilixxu aġenda ta' 10 snin għall-edukazzjoni vokazzjonali.

Il-proposti jibnu fuq l-istrateġija l-ġdida tal-UE għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fuq l-għaxar snin li ġejjin. Wieħed mill-għanijiet ta' 'Ewropa 2020 ' hu li jogħlew il-livelli tal-edukazzjoni biex tiġi sodisfatta d-domanda għal ħiliet ġodda u superjuri.

Il-globalizzazzjoni, il-progress fit-teknoloġija, it-tisħin globali u l-pressjonijiet fuq ir-riżorsi qed jikkawżaw tibdil rapidu fis-suq tax-xogħol tal-UE. Iżda l-Ewropa qed issibha bi tqila tlaħħaq ma' din it-tranżizzjoni, parzjalment minħabba li ħafna ħaddiema m'għandhomx il-ħiliet adegwati.

Illum il-ġurnata saħansitra l-impjiegi bażiċi jirrikjedu kompetenzi konsiderevoli. Iżda kważi terz tal-popolazzjoni Ewropea fl-età tax-xogoħol (25-64 sena) mhijiex imħejjija u ftit li xejn għandha kwalifiki formali, perċentwal ogħla minn dak fl-Istati Uniti, il-Kanada, il-Ġappun u l-Korea t'Isfel.

Dawk li jħaddmu ilhom igergru li mhux qed jirnexxilhom isibu biżżejjed ħaddiema kwalifikati. Minkejja ż-żieda fir-rata tal-qgħad matul ir-reċessjoni, għad hemm nuqqas ta' ħaddiema mħarrġa. Il-kriżi ekonomika ħarġet fid-dieher il-bżonn ta' ħaddiema b'ħiliet adegwati. Il-fatt li l-forza tax-xogħol tinsab ukoll taħt pressjoni biex issir iktar produttiva biex tappoġġa n-numru dejjem jiżdied ta' rtirati jkompli jikkumplika l-problema.

Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni Androulla Vassiliou qalet li l-Ewropa teħtieġ "tittrasforma d-dehra" tal-edukazzjoni vokazzjonali u tagħmilha "iktar rilevanti għar-realtajiet tal-lum."

Il-pjan isemmi modi kif min jixtieq jista' jitgħallem f'kull stadju ta' ħajtu u li jkun iktar faċli għalih li jikseb esperjenza barra minn Malta bħala parti mit-taħriġ vokazzjonali. Jipproponi miżuri biex iqanqal il-kreattività u l-intraprenditorija u biex jilħaq lil dawk li jitilqu mill-iskola kmieni, dawk bla xogħol, il-ħaddiema migranti u b'diżabilità.

L-edukazzjoni vokazzjonali tisħaq fuq il-ħiliet jew l-għarfien prattiku minflok fuq l-għarfien teoretiku. Hi maħsuba għal dawk li jippreferu jitgħallmu sengħa jew ħila minflok isegwu edukazzjoni akkademika f'università.

Il-pajjiżi tal-UE għandhom sistemi differenti ta' edukazzjoni vokazzjonali. Ir-rati ta' parteċipazzjoni jvarjaw ħafna iżda bħala medja l-parteċipazzjoni hi ogħla milli fl-ekonomiji ewlenin l-oħra.

Aktar tagħrif dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli

  • EUROPA
  • Kamra tal-aħbarijietDeutschEnglishfrançais