Mogħdija tan-navigazzjoni

It-talent Ewropew jispikka f'Cannes - 17/05/2010

Il-logo Media programm Media © EU

Ir-rebbieħa potenzjali tal-Palme d'Or jinkludu 6 films magħmula bl-għajnuna tal-UE.

Intagħżlu 20 film iffinanzjati mill-UE biex jintwerew fil-festival ta' din is-sena. 6 minnhom qed jikkompetu għall-ogħla premju.

"Ninsab kuntenta ferm li l-films Ewropej qed jerġgħu jispikkaw fil-festival ta' Cannes," qalet il-Kummissarju tal-Kultura Androulla Vassiliou. "Jiena kburija li l-programm MEDIA huwa parti minn dan is-suċċess."

Mis-sena 2000 s'issa, il-programm MEDIA tal-UE kellu sehem fi 8 rebħiet tal Palme d'Or. Bosta films li kienu ffinanzjati minn MEDIA saħansitra rebħu l-Oscar, inkluż "Slumdog Millionnaire."

Il-programm, li ġie maħluq fl-1990, għandu baġit ta' €755m għall-perjodu 2007-13. L-għan hu li jappoġġa l-industrija awdjoviżiva fl-Ewropa u jżid iċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet Ewropej barra l-UE. Għal dan il-għan, madwar 65% tal-flus huma mwarrba għall-promozzjoni u d-distribuzzjoni. Il-programm ma jiffinanzjax il-produzzjoni tal-films infisha.

Mis-sena d-dieħla, l-appoġġ tal-films tal-UE se jkun globali, bit-tnedija ta' skema ta' skambju DeutschEnglishfrançais biex joħloq irbit kreattivi u kummerċjali bejn dawk li jagħmlu l-films kemm fl-Unjoni u kemm barra. It-tir hu li jinħolqu opportunitajiet ta' negozju u li tiżdied l-għażla għall-ispettaturi madwar id-dinja.

F'dawn l-aħħar snin, il-professjonisti tal-industrija tal-films iltaqgħu ma' politikanti waqt il-festival ta' Cannes biex jiddiskutu żviluppi u prijoritajiet ta' finanzjament. Din is-sena, il-Kummissarju Vassiliou se tospita laqgħa u tħabbar ir-rebbieħ tal-Premju għat-Talent Ewropew 2010. Dan huwa konkors annwali bejn proġetti appoġġjati mill-programm biex jinstab il-film bl-aqwa tema Ewropea.

Is-6 films iffinanzjati mill-UE li qed jikkompetu fil-Palme d'Or ta' din is-sena jinkludu 3 Franċiżi: "On Tour," "Of God and Men" u "The Princess of Montpensier," ta' Mathieu Amalric, Xavier Beauvois u Bertrand Tavernier rispettivament.

It-tliet films l-oħra huma "My Joy" by Sergei Loznitsa (Ukraine), "Certified Copy" by Abbas Kiarostami (Iran) u "Tender Son-The Frankenstein Project" by Kornél Mundruczó (Hungary).

Il-festival tal-films ta' Cannes - sit uffiċjali Englishespañolfrançaisportuguês

Is-sit ta' Androulla Vassiliou Deutsch (de) ελληνικά (el) English (en) français (fr)

Il-politika Awdjoviżiva tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli