Mogħdija tan-navigazzjoni

Ġieħ lill-monumenti Ewropej - 09/03/2010

L-Akropolis f'Ateni ©EU

L-UE tagħżel siti li jiċċelebraw u jissimbolizzaw l-integrazzjoni, l-ideali u l-istorja Ewropea

Fl-Unjoni Ewropea hemm madwar 500 miljun ruħ. Iżda ħafna minnhom ma jidentifikawx ruħhom bħala ċittadini tal-UE. Meta jiġu misotqsija dwar l-oriġini tagħhom, ħafna drabi jsemmu n-nazzjonalità tagħhom.

In-nuqqas ta' identità Ewropea b'saħħitha titqies bħala sfida għall-integrazzjoni fl-Ewropa, iżda din mhix xi sorpriża kbira. Il-kontinent jikkonsisti f'mużajk ta' lingwi u użanzi tant li l-pajjiżi ftit li xejn jixxiebhu.

Biex l-Ewropej ikollhom sens ikbar ta' appartenenza, il-kummissjoni ddeċidiet li tniedi ċertifikat tal-patrimonju Ewropew, reġistru ta' siti storiċi b'importanza li tmur lil hinn mill-fruntieri. Imniedi minn Franza, l-Ungerija u Spanja fl-2006, il-proġett kien intiż biex iqajjem kuxjenza fost l-Ewropej tal-istorja komuni tagħhom u tal-wirt li jaqsmu bejniethom.

Illum qed jipparteċipaw 18-il pajjiż, inkluża l-Iżvizzera. U r-reġistru kiber biex issa jinkludi bosta monumenti storiċi bħall-Akropolis, id-dar ta' Robert Schuman - il-poltiku magħruf Franċiż li kien wieħed mill-fundaturi tal-UE - u t-tarzni ta' Gdańsk fejn twaqqfet it-trejdjunjin Solidarność li għenet biex tintemm il-Gwerra l-Bierda.

Issa li l-UE ħadet il-proġett f'idejha, qed tispera li tespandi l-ambitu tiegħu u tagħtih iktar viżibiltà u prestiġju. Biex ikunu jistgħu jitniżżlu fir-reġistru, is-siti storiċi jrid ikollhom importanza fil-proċess tal-integrazzjoni Ewropea. Imbagħad tkun tista' titwaħħal plakka bil-logo tal-patrimonju Ewropew fid-daħla għas-sit.

Iżda dan mhux biss f'isem il-kultura. Bħas-siti tal-patrimonju dinji tal-UNESCO, iċ-ċertifikat jiġbed lit-turisti u b'hekk jgħin lill-ekonomiji reġjonali.

Ir-reġistru jikkomplementa l-inizjattivi tal-UE bħall-kapitali Ewropea tal-kultura DeutschEnglishfrançais u l-programm ta' skambju tal-istudenti Erasmus. Fl-aħħar għexur ta' snin, dawn ikkontribwixxew għall-għarfien u l-integrazzjoni Ewropea billi pprovdew eżempji konkreti tal-kultura komuni.

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli