Mogħdija tan-navigazzjoni

Powsters u filmati - aqbad oħloq! - 29/01/2010

Logo tal-konkors tal-powster 2010 © UE

Konkorsi għal xogħol tal-arti li jippromwovi d-drittijiet tat-tfal, l-inizzjattiva tan-negozji u l-UE - bi premijiet u pubbliċità għar-rebbieħa.

Kif tħossok kieku xogħlok jintwera madwar l-Ewropa? Min jerbaħ il-konkors tal-powster għall-Jum l-Ewropa tal-Kummissjoni dalwaqt se jiskopri!

It-tema kienet 'Inħobb l-Ewropa' u daħlu 1,700 biċċa arti minn madwar l-UE kollha bit-tama li jirbħu l-ewwel premju - €2,000 (u xi ftit pubbliċità b'xejn). Ġurija ta' esperti diġà għażlet l-aqwa 10 finalisti. Dan ifisser li issa jmiss lilek tagħżel il-powster favorit u tivvota elettronikament għar-rebbieħ.

Jekk tlift l-opportunità li tipparteċipa jew tippreferi taħdem f'tim, mela l-kompetizzjoni Pinġili dritt tgħodd għalik. Din il-kompetizzjoni tiċċelebra l-20 anniversarju tal-konvenzjoni tan-NU dwar id-drittijiet tat-tfal English , li tħares il-ġid tat-tfal madwar id-dinja. Biex tipparteċipa, ingħaqad ma' sħabek u ddisinja powster ibbażat fuq wieħed mid-drittijiet tat-trattat. Ir-rebbieħa jkunu mistiedna jiġu Brussel biex jesploraw il-belt u jattendu għaċ-ċerimonja ta' premjazzjoni b'rikonoxximent tax-xogħol siewi tagħhom.

L-ewro: xi jfisser għalina? dan ukoll jagħtik l-opportunità taħdem ma' sħabek. Din id-darba l-isfida hi li tieħu ritratt li jesprimi xi jfisser l-ewro għalikom u tikteb ftit kliem li jakkompanja xogħlok.

Stampa tal-Ewropa English hija għal artisti awdjoviżivi – ma jimpurtax l-età u l-esperjenza. Uża l-librerija diġitali tal-Kummissjoni biex toħloq filmat imaġinattiv li jappella għan-nies ta' kull età u tip ta' ħajja. Mhux faċli, imma l-premju huwa ta' €10,000!

Fl-aħħar nett, jekk għandek rasek tajba għan-negozju, għax ma tidħolx għall-premju Ewropew għall-filmat dwar l-intraprenditorija българскиčeštinadanskDeutscheesti keelελληνικάEnglishespañolfrançaisitalianolatviešu valodalietuvių kalbamagyarNederlandspolskiportuguêsRomânaslovenčinaslovenščinasuomisvenska . Uża l-immaġinazzjoni tiegħek biex tagħmel film li jispjega kif tibda negozju u b'hekk iqajjem l-interess f'dan il-qasam.

Mela, involvi ruħek u aqbad oħloq - ir-riżq!

Premijiet, kompetizzjonijiet u konkorsi tal-UE

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli