Mogħdija tan-navigazzjoni

L-importanza waqt il-Border Breakers awards tinqasam bejn stilel ġodda - 14/01/2010

Il-Logo tal-European Border Breakers Award 2010 © EU

Onorati mużiċisti Ewropej għall-ewwel albums tagħhom b'bejgħ straodinarju barra minn pajjiżhom.

Is-sensazzjoni Franċiża tal-mużika pop Sliimy u l-kantawtur mir-Renju Unit Charlie Winston huma fost ir-rebbieħa tal-European Border Breakers awards English ta' din is-sena.

Dawn il-premijiet Ewropej jirrikonoxxu s-suċċess li jilħaq udjenza kbira u jippremjaw lill-mużiċisti bl-ewwel albums b'bejgħ straordinarju fl-UE, barra minn pajjiżhom.

Se jkunu ppreżentati l-Ġimgħa f'ċerimonja li se tixxandar fuq it-televiżjoni mill-belt Olandiża ta' Groningen fis-serata ta' ftuħ tal-festival mużikali EuroSonic Noorderslag English . Iċ-ċelebrita tat-televiżjoni Jools Holland se jippreżenta l-avveniment, fejn se jdoqqu rebbieħa attwali u tal-imgħoddi.

Ir-rebbieħa ta' din is-sena huma fost l-aktar ismijiet ċelebri fix-xena mużikali Ewropea. Apparti minn Winston u Sliimy, jinkludu lil Milow (mill-Belġju), Peter Fox (mill-Ġermanja), Soap&Skin (mill-Awstrija), Kerli (mill-Estonja), Jenny Wilson (mill-Iżvezja), Buraka Som Sistema (mill-Portugal), Esmee Denters (mill-Pajjiżi l-Baxxi) u Giusy Ferreri (mill-Italja).

Għad irid jitħabbar - ir-rebbieħ tal-premju "Public Choice, li jmur għall-aqwa 10 bands skont l-opinjoni pubblika. Il-votazzjoni saret onlajn f'Diċembru.

Issa fis-seba' sena, il-Border Breakers juru s-suċċessi internazzjonali u jappoġġjaw l-industrija tal-mużika Ewropea li timpjega madawar 600,000 ruħ.

Ir-rebbieħa tal-imgħoddi jinkludu mużiċisti li issa huma stabbiliti bħal Carla Bruni, Adele, Katie Melua, Damien Rice, The Fratellis, Gabriel Rios u Tokio Hotel.

 

2010 Border Breaker awards English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli