Mogħdija tan-navigazzjoni

Iċ-ċelebrazzjonijiet jibdew! - 07/01/2010

Moskea f'Istanbul © EU

Essen, Pécs u Istanbul jiftħu ċ-ċelebrazzjonijiet bħala bliet kapitali Ewropej tal-kultura

Tlett ibliet Ewropej lesti biex jibdew sena ta' attivitajiet kulturali b'eżibizzjonijiet, mużika u teatru. L-ibliet magħżula bħala l-ibliet kapitali Ewropej tal-kultura ta' din is-sena huma Essen u r-reġjun tar-Ruhr tal-Ġermanja, Pécs fin-nofsinhar tal-Ungerija u Istanbul fit-Turkija. Wara Linz (l-Awstrija) u Vilnius (il-Litwanja), it-tlett ibliet ħejjew programm mimli daqs bajda b'avvenimenti li għandhom jattiraw għexur ta' eluf ta' viżitaturi.

Din is-sena nfakkru l-25 anniversarju tal-programm Ewropew tal-ibliet kulturali. L-avvenimenti għandhom jirriflettu l-karattru tal-belt Ewropea u jinvolvu direttament lir-residenti. Għandhom jippromwovu wkoll l-iżvilupp ġenerali tal-ibliet. Għalhekk, kull 'kapitali' tirċievi fond ta' €1.5 miljuni mill-UE.

L-organizzaturi tal-programm tar-Ruhr qed jisperaw li jikkontribwixxu biex iż-żona ferm urbanizzata fil-punent tal-Ġermanja tqum fuq tagħha. F'din iż-żona jgħixu 'il fuq minn 7 miljuni. Seklu ilu, ir-Ruhr kien l-ikbar reġjun industrijali tal-Ewropa, miżgħud b'minjieri tal-faħam u impjanti tal-azzar. Illum fabbriki, fran u kanali industrijali abbandunati qed jiġu trasformati f'mużewijiet u attrazzjonijiet turistiċi.

Istanbul qed toħroġ fid-dieher l-istorja tagħha bħala salib it-toroq taċ-ċivilizzazzjoni Ewropea u pont bejn l-Ewropa u l-Ażja. It-Turkija, pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-UE, mhuwiex l-ewwel pajjiż li mhux tal-UE li hu kapitali tal-kultura. Il-belt Norveġiża ta' Stavanger kienet kapitali Ewropea tal-kultura fl-2008.

Bejn Essen u Istanbul, il-belt Ungeriża ta' Pécs qed tesponi l-wirt multikulturali rikk tagħha. Storikament bażi għan-negozjanti u l-armati li jaqsmu l-Ewropa, il-belt ta' 150,000 persuna qed tispera li tibni rabtiet ma' pajjiżi ġirien, speċjalment mal-Balkani, biex issir punt ta' referenza kulturali għar-reġjun.

Essen u Pécs se jibdew bil-programm kulturali tagħhom fit-tmiem din il-ġimgħa. Fil-Ġermanja l-fdalijiet tal-kumpless vast tal-minjiera tal-faħam ta' Zollverein, parti mill-patrimonju dinji tal-UNESCO, se jipprovdi sit straordinarju. Għaċ-ċerimonja tal-ftuħ fiċ-ċentru ta' Pécs se jkun hemm atturi u marjunetti f'kostumi tradizzjonali u kanzunetti miktuba minn Róbert Erdész, mużiċist fil-grupp magħruf internazzjonalment Solaris.

Iċ-ċelebrazzjoni kulturali ta' Istanbul tibda fi tmiem il-ġimgħa ta' wara.

Aktar dwar l-ibliet kapitali Ewropej tal-kultura DeutschEnglishfrançais

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli