Mogħdija tan-navigazzjoni

L-arloġġ ma jistenna 'l ħadd... - 24/11/2009

Logo: kreattività u innovazzjoni: Sena Ewropea 2009 ©EC

Il-kompetizzjoni tisfida liż-żgħażagħ fl-Ewropa u lil hinn minnha biex isibu soluzzjonijiet kreattivi għall-problemi tal-ħajja ta' kuljum. Il-kompetizzjoni sponsorjata mill-UE tisfida liż-żgħażagħ biex jaħsbu b'mod kreattiv.

Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima tinkuraġġixxi mġiba responsabbli fil-kummerċ u ssolvi b'mod sostenibbli l-ġuħ u l-faqar. Il-problema li riedet tiġi ttrattata nżammet sigrieta sakemm beda l-kamp Ewropew favur l-innovazzjoni u l-kreattività English .

Madwar 100 żagħżugħ u żagħżugħa bl-etajiet bejn il-15 u t-18-il sena ħadu sehem f'kompetizzjoni ta' 24 siegħa fi Brussell. Il-biċċa l-kbira tagħhom mill-UE iżda xi wħud ġew minn Iżrael, ir-Russja u saħansitra mill-Mali.

Il-kamp kien organizzat mill-Junior Achievement Young Enterprise Europe flimkien mal-Kummissjoni Ewropea. Bħala parti mis-sena Ewropea għall-kreattività u l-innovazzjoni češtinaDeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolskisvenska , dan offra l-opportunità liż-żgħażagħ li jużaw l-isfondi differenti tagħhom biex isibu soluzzjonijiet kreattivi għal tul twil ta' żmien għal ċerti sfidi li qed inħabbtu wiċċna magħhom illum il-ġurnata.

L-istudenti tqassmu f'timijiet multinazzjonali, sitta minnhom avvanzaw għar-rawnd ta' sagħtejn fil-kamra tal-konferenzi stampa tal-Kummissjoni fil-25 ta' Novembru. Voluntarji mill-Kummissjoni kienu disponibbli biex jassistu u jagħtu parir lit-timijiet.

It-tim rebbieħ intgħażel minn bord li kellu fih rappreżentanti mill-kumpaniji multinazzjonali u mill-uffiċjali ewlenin tal-Kummissjoni.

Ara liema huma t-timijiet rebbieħa! češtinaDeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolskisvenska

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli