Mogħdija tan-navigazzjoni

Festival Ewropew tal-Lingwi - 24/09/2009

Il-poster tal-Jum Ewropew tal-Lingwi mdendel ma' bini © KE

Il-Jum Ewropew tal-Lingwi hu ċelebrazzjoni tal-ħafna lingwi mitkellma fl-UE. Iċċekkja l-avvenimenti li se jseħħu f'pajjiżek fil-ġimgħa li twassal għas-26 ta' Settembru.

Il-ħsieb hu li jiġi promoss l-interess fil-lingwi u fit-tagħlim tagħhom fost l-adulti u t-tfal. Għalhekk hi x'inhi l-età tiegħek, hu x'inhu l-interess tiegħek fil-lingwi, għandek issib xi ħaġa li tolqtok fost it-300 avveniment (aktar minn 50 minnhom fir-Renju Unit u l-Irlanda weħedhom).

L-attivitajiet għandhom firxa ta' temi ferrieħin u serji - minn logħob u kwiżżijiet għal serati letterarji u diskussjonijiet madwar mejda dwar il-politika tal-lingwi.

Jekk fil-25 ta' Settembru tinzerta fiċ-ċentru ta' Londra, żur il-wirja tal-lingwi fl-istazzjon Vittorja English u ħu sehem f'kompetizzjoni biex tirbaħ kors fit-Taljan. Jew inkella kun af aktar dwar il-korsijiet tal-lingwi għall-adulti f'avvenimenti mifruxin mar-Renju Unit kollu.

Fi Brussell u fil-Lussemburgu - fil-lokalitajiet prinċipali tal-Kummissjoni Ewropea - l-avvenimenti se jinkludu konferenza stampa dwar it-tagħlim bikri tal-lingwi mal-Kummissarju għall-multilingwiżmu Leonard Orban (24-25 ta' Settembru).

Il-ġurnata kollha fil-25 ta' Settembru se jkun hemm rakkontar ta' stejjer, kant, logħob lingwistiku u attivitajiet oħra għat-tfal.

Finalment, għad hemm biżżejjed żmien għall-iskejjel sekondarji tal-UE biex jirreġistraw għall-kompetizzjoni tat-traduzzjoni 'Juvenes Translatores' ta' din is-sena. Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hu l-20 ta' Ottubru u l-kompetizzjoni għandha ssir fl-24 ta' Novembru.

Avveniment għall-Jum Ewropew tal-Lingwi Englishfrançais – fittex skont il-pajjiż

Uffiċċji tal-Kummissjoni fil-pajjiżi tal-UE – punti ta' kuntatt għall-organizzaturi tal-avvenimenti

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli