Mogħdija tan-navigazzjoni

Tifel fi klassi jinjora l-ispejgazzjonijiet tal-għalliema © EC

L-istħarriġ tal-OECD juri li l-għalliema għandhom nuqqas ta' motivazzjoni u jaħlu 13% tal-ħin minħabba studenti li jtellfu l-klassi.

Hekk kif il-btajjel tas-sajf jaslu fi tmiemhom, mhux it-tfal biss qed jirrankaw għal sena skolastika ġdida, iżda l-għalliema wkoll qed jippreparaw biex jerġgħu lura x-xogħol.

Dan l-aħħar, l-OECD Englishfrançais ippubblikat ir-riżultati ta' stħarriġ Englishfrançais internazzjonali dwar it-tagħlim. L-istħarriġ sar fi 23 pajjiż li 15 minnhom huma membri tal-UE.

L-UE appoġġjat l-istħarriġ bit-tama li tagħti idea aktar ċara lill-awtoritajiet tal-edukazzjoni ta' kif jingħata appoġġ lil madwar 6.25 miljun għalliem fl-UE.

Filwaqt li l-istħarriġ preċendeti tal-OECD ivvaluta r-riżultati tal-istudenti, l-aktar wieħed reċenti kien immirat lejn l-għalliema u l-kapijiet għalliema. Ir-riżultati ntużaw għall-ewwel tqabbil li qatt sar tal-ambjenti tat-tagħlim u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema.

Tlieta minn erba' għalliema jħossu li għandhom nuqqas ta' inċentivi biex itejbu l-kwalità tat-tagħlim tagħhom, filwaqt li l-imġieba tal-istudenti fil-klassi xxekkel il-lezzjonijiet fi tlett skejjel minn ħamsa. L-għalliema fl-Irlanda, il-Portugall, Spanja u l-Italja lmentaw dwar in-nuqqas ta' valutazzjoni sistematika jew rispons dwar xogħlhom. L-awtoritajiet tal-edukazzjoni jistgħu jieħdu spunt minn dan il-bżonn biex jipprovdu premjijiet u rikonoxximenti għal eżekuzzjoni b'saħħitha.

Il-pajjiżi li pparteċipaw fl-istħarriġ għandhom nuqqas ta' għalliema kwalifikati. Madankollu ċ-ċifri dwar in-nuqqas ta' għalliema jvarjaw b'mod estensiv, minn 12% tal-iskejjel fil-Polonja sa 78% fit-Turkija.

Ir-riżultati tal-istħarriġ juru li l-fassala tal-edukazzjoni jistgħu jagħtu appoġġ lill-għalliema u l-istudenti b'mod aktar effettiv billi jiffukaw fuq il-frott tat-tagħlim minflok il-curricula.

Edukazzjoni tal-UE għall-għalliema English

Agħżel kuluri li jikkuntrastaw Ara l-paġna fid-daqs normali tagħha Kabbar id-daqs b'200 fil-mija Ibgħat din il-paġna lil sħabek Stampa din il-paġna

 

Sibt l-informazzjoni li kont qed tfittex?

Iva LE

X'kont qed tfittex?

Għandek xi suġġerimenti?

Links utli